Salmi
Għanja, melodija taʼ wlied Koraħ. Lid-direttur fuq Maħalat* biex jingħataw tweġibiet. Maskil* taʼ Ħeman+ l-Eżraħi.
88 O Ġeħova, l-Alla tas-salvazzjoni tiegħi,+
Bi nhar għajjatt,+
U bil-lejl ukoll għajjatt quddiemek.+
4 Ġejt magħdud maʼ dawk li neżlin fil-ħofra;+
Sirt bħal raġel b’saħħtu li telqitlu saħħtu,+
Bħall-maqtulin mimdudin f’post id-dfin,+
Li m’għadekx tiftakarhom
U li huma maqtugħin mill-għajnuna taʼ idek.+
8 Int begħedt minni lil dawk li jafuni;+
Għamiltni xi ħaġa mistkerrha ferm għalihom.+
Jien magħluq u ma nistax noħroġ.+
9 Għajnejja ntfew minħabba s-sofferenza tiegħi.+
Sejjaħtlek, O Ġeħova, il-jum kollu;+
Lejk ftaħt idejja fit-talb.+
10 Jaqaw mal-mejtin se tagħmel xi meravilji?+
Jew dawk bla qawwa fil-mewt se jqumu,+
Se jfaħħruk?+ Sela.
11 Sejra l-qalb tajba bl-imħabba tiegħek tixxandar f’post id-dfin,
Il-fedeltà tiegħek f’post il-qerda?+
13 U madankollu jien lilek għajjatt għall-għajnuna, O Ġeħova,+
U kull fil-għodu t-talba tiegħi tibqaʼ tasal quddiemek.+