Salmi
Għad-direttur. Taʼ David. Melodija.
139 O Ġeħova, int fittixt fija, u tafni.+
5 Minn wara u minn quddiem dawwartni;
U tqiegħed idek fuqi.
8 Kieku kelli nitlaʼ fis-sema, hemmhekk tkun int;+
U kieku kelli nifrex soddti fil-Qabar,* ara, int tkun hemmhekk.+
9 Kieku kelli nieħu ġwinħajn+ iż-żerniq,
Biex ngħammar fl-iktar baħar imbiegħed,+
10 Hemmhekk, ukoll, idek tmexxini+
U idek il-leminija taqbadni.+
12 Saħansitra d-dlam ma jkunx mudlam wisq għalik,+
Imma l-lejl ikun jiddi bħall-jum;+
Id-dlam u d-dawl ikunu xorta.+
14 Jien se nfaħħrek għax tal-biżaʼ l-mod taʼ l-għaġeb kif jien magħmul.+
L-għemejjel tiegħek huma meraviljużi,+
Bħalma ruħi taf tajjeb.+
15 Għadmi ma kienx moħbi minnek+
Meta ġejt magħmul fis-sigriet,+
Meta kont minsuġ fl-iktar partijiet baxxi+ taʼ l-art.
16 Għajnejk rawni meta kont għadni biss embriju,+
U fil-ktieb tiegħek inkitbu l-partijiet kollha tiegħi,
Dwar iż-żmien meta ġew ifformati+
U ma kien għad hemm ebda parti teżisti.
18 Kieku kelli nipprova ngħoddhom, kienu jkunu iktar mill-frak tar-ramel.+
Jien qomt, u madankollu għadni miegħek.+
19 O li kieku int, O Alla, toqtol lill-ħażin!+
Imbagħad l-irġiel ħatjin tad-demm+ jitilquni,