Proverbji
5 O ibni, agħti widen għall-għerf tiegħi.+ Għad-dixxerniment tiegħi mejjel widnejk,+ 2 sabiex tipproteġi l-abbiltà li taħseb;+ u jalla xofftejk iħarsu l-għarfien.+
3 Għax xofftejn il-mara stranġiera jkomplu jqattru bħal xehda għasel,+ u fommha melliesi iktar miż-żejt.+ 4 Imma l-effett li tħalli warajha huwa morr daqs pjanta morra;*+ jaqtaʼ bħal sejf b’żewġt ixfar.+ 5 Saqajha neżlin lejn il-mewt.+ Il-passi tagħha jibqgħu fit-triq lejn il-Qabar.*+ 6 Il-mogħdija tal-ħajja ma tikkunsidrahiex.+ Il-mixi tagħha ’l hemm u ’l hawn, u ma tafx fejn sejra.+ 7 Għalhekk issa, O wliedi, isimgħu minni+ u twarrbux kliem fommi.+ 8 Żomm il-mixi tiegħek ’il bogħod minn ħdejha, u tersaqx lejn id-daħla taʼ darha,+ 9 sabiex id-dinjità tiegħek ma tagħtihiex lil oħrajn,+ lanqas tagħti s-snin taʼ ħajtek lil min hu kattiv;+ 10 sabiex l-istranġieri ma jissodisfawx lilhom infushom bil-qawwa tiegħek,+ u l-affarijiet li ksibt bi tbatija ma jispiċċawx f’dar il-barrani,+ 11 u lanqas ma jkollok titniehed fil-futur+ meta laħmek u ġismek kollu jiġu fi tmiemhom.+ 12 U jkollok tgħid: “Kemm bgħadtha d-dixxiplina,+ u qalbi kemm ma wrietx rispett għat-twiddib!+ 13 U ma smajtx mil-leħen taʼ min kien jistruwini,+ u ma mejjiltx widinti lejn min kien jgħallimni.+ 14 Malajr sibt ruħi f’kull xorta taʼ ħażen+ f’nofs il-kongregazzjoni u l-assemblea.”+
15 Ixrob l-ilma mill-ġiebja tiegħek, u l-ilma ġieri mill-bir tiegħek stess.+ 16 Għandhom l-għejun taʼ l-ilma tiegħek jixxerrdu barra minn darek,+ u n-nixxigħat tiegħek taʼ l-ilma fil-pjazez? 17 Ħa jkunu għalik biss, u mhux għall-istranġieri miegħek.+ 18 Ħa jkun imbierek is-sors taʼ l-ilma tiegħek,+ u ifraħ b’mart żgħożitek,+ 19 ċerva taʼ min iħobbha u gidja grazzjuża tal-muntanji.+ Ħa tisker b’sidirha l-ħin kollu.+ Bi mħabbitha jalla tkun f’estasi dejjem.+ 20 Allura, ibni, għalfejn għandek tkun f’estasi maʼ mara stranġiera jew tgħannaq ħobb mara barranija?+ 21 Għax triqat il-bniedem jinsabu quddiem għajnejn Ġeħova,+ u Hu qed jikkunsidra l-mogħdijiet kollha tal-bniedem.+ 22 L-iżbalji tal-bniedem mill-agħar se jaqbduh,+ u bil-ħbula taʼ dnubu stess jintrabat.+ 23 Ikun hu li jmut għax ma jkunx hemm dixxiplina,+ u għax jiżvija bil-bluha kbira tiegħu.+