Numri
16 U Koraħ,+ bin Isħar,+ bin Keħat,+ bin Levi,+ qam flimkien maʼ Datan+ u Abiram,+ ulied Eljab,+ u On, bin Felet, minn ulied Ruben.+ 2 U qamu quddiem Mosè, huma u mitejn u ħamsin raġel minn ulied Israel, kapijiet ewlenin tal-ġemgħa, li kienu jissejħu għal-laqgħat, irġiel taʼ fama. 3 Għalhekk, inġemgħu kontra+ Mosè u Aron u qalulhom: “Biżżejjed għalikom, għax il-ġemgħa kollha huma lkoll qaddisin+ u Ġeħova qiegħed f’nofshom.+ Allura, għala għandkom togħlew fuq il-kongregazzjoni taʼ Ġeħova?”+
4 Meta semaʼ dan, Mosè minnufih inxteħet wiċċu fl-art. 5 Imbagħad kellem lil Koraħ u lill-ġemgħa kollha tiegħu u qalilhom: “Fil-għodu Ġeħova se jgħarraf min hu tiegħu+ u min hu qaddis+ u min għandu jersaq qribu,+ u lil kulmin jagħżel+ jersaq qribu. 6 Agħmlu hekk: Ħudu reċipjenti għall-inċens,+ Koraħ u l-ġemgħa kollha tiegħu,+ 7 u għada poġġu n-nar fihom u qiegħdu l-inċens fuqhom quddiem Ġeħova, u jrid iseħħ li r-raġel li jintgħażel+ minn Ġeħova, hu jkun il-qaddis. Biżżejjed għalikom, ulied Levi!”+
8 U Mosè ssokta jgħid lil Koraħ: “Jekk jogħġobkom, isimgħu, ulied Levi. 9 M’hu xejn għalikom li l-Alla taʼ Israel għażilkom+ minn fost il-ġemgħa taʼ Israel biex jippreżentakom lilu nnifsu sabiex twettqu s-servizz tat-tabernaklu taʼ Ġeħova u biex tieqfu quddiem il-ġemgħa ħalli taqduha,+ 10 u li ġab qrib lilek u miegħek lil ħutek kollha, ulied Levi? Allura, qegħdin tipprovaw tiksbu s-saċerdozju wkoll?+ 11 Għal din ir-raġuni, int u l-ġemgħa tiegħek kollha li qed tinġabru flimkien qed tiħduha kontra Ġeħova.+ Għax x’inhu Aron sabiex tgergru kontrih?”+
12 Iktar tard Mosè bagħat isejjaħ lil Datan u lil Abiram,+ ulied Eljab, imma huma qalu: “M’aħniex se nitilgħu!+ 13 M’hu xejn li int ħriġtna minn art li tnixxi ħalib u għasel biex toqtolna fix-xagħri+ u li qed tipprova wkoll tilgħabha taʼ prinċep fuqna?+ 14 Kif juru l-fatti, int ma daħħaltniex f’xi art li tnixxi ħalib u għasel,+ sabiex tagħtina bħala wirt xi għalqa jew xi qasam tad-dwieli. Int trid taqlaʼ għajnejn dawn in-nies? Aħna m’aħniex se nitilgħu!”
15 Għal dan, Mosè rrabja ferm u qal lil Ġeħova: “Tħarisx lejn l-offerta tal-qmuħ tagħhom.+ Lanqas ħmar wieħed ma ħadtilhom, u m’għamilt ħsara lil ħadd minnhom.”+
16 Imbagħad Mosè qal lil Koraħ:+ “Għada, int u l-ġemgħa tiegħek kollha kunu preżenti quddiem Ġeħova,+ int u huma u Aron. 17 U kull wieħed jieħu r-reċipjent għall-inċens tiegħu, u intom tridu tpoġġu l-inċens fuqhom u tippreżentaw kull wieħed ir-reċipjent għall-inċens tiegħu quddiem Ġeħova, mitejn u ħamsin reċipjent għall-inċens, u int u Aron kull wieħed ir-reċipjent għall-inċens tiegħu.” 18 Għalhekk, huma ħadu, kull wieħed ir-reċipjent għall-inċens tiegħu, u poġġew in-nar fuqhom u qiegħdu l-inċens fuqhom u qagħdu fid-daħla tat-tinda tal-laqgħa flimkien maʼ Mosè u Aron. 19 Meta Koraħ ġabar il-ġemgħa+ kollha flimkien kontrihom fid-daħla tat-tinda tal-laqgħa, imbagħad il-glorja taʼ Ġeħova dehret lill-ġemgħa kollha.+
20 Ġeħova issa kellem lil Mosè u lil Aron u qalilhom: 21 “Infirdu+ minn nofs din il-ġemgħa, sabiex neqridhom+ f’ħakka t’għajn.” 22 U huma nxteħtu wiċċhom fl-art u qalu: “O Alla, l-Alla tal-forza tal-ħajja taʼ kull xorta taʼ laħam,+ jekk jidneb raġel wieħed biss int tagħdab kontra l-ġemgħa kollha kemm hi?”+
23 Imbagħad, Ġeħova kellem lil Mosè u qallu: 24 “Kellem lill-ġemgħa u għidilha, ‘Warrab minn madwar it-tined taʼ Koraħ, Datan, u Abiram!’”+
25 U Mosè qam u mar għand Datan u Abiram, u x-xjuħ+ taʼ Israel marru miegħu. 26 Imbagħad kellem lill-ġemgħa u qalilha: “Jekk jogħġobkom, warrbu minn quddiem it-tined taʼ dawn l-irġiel mill-agħar u tmissu xejn minn tagħhom,+ biex ma tinqerdux fi dnubiethom kollha.” 27 Dawn telqu minnufih minn quddiem it-tinda taʼ Koraħ, Datan, u Abiram, minn kull naħa, u Datan u Abiram ħarġu u qagħdu fid-daħla tat-tined tagħhom,+ flimkien man-nisa tagħhom, maʼ wliedhom, u maċ-ċkejknin tagħhom.
28 Imbagħad Mosè qal: “Minn dan tkunu tafu li Ġeħova bagħatni biex nagħmel dawn l-għemejjel+ kollha u li dan m’huwiex minn rajja:+ 29 Jekk dawn in-nies imutu bħalma jmutu l-bnedmin kollha u jiġu kastigati bil-kastig li jiġi fuq il-bnedmin kollha,+ allura ma jkunx Ġeħova li bagħatni.+ 30 Imma jekk hi xi ħaġa ġdida li Ġeħova se joħloq,+ u l-art ikollha tiftaħ fommha u tiblaʼ lilhom+ u kulma hu tagħhom u jkollhom jinżlu ħajjin fil-Qabar,*+ imbagħad tkunu tafu fiċ-ċert li dawn l-irġiel urew nuqqas taʼ rispett lejn Ġeħova.”+
31 U malli spiċċa jgħid dan il-kliem kollu, l-art taʼ taħthom bdiet tinqasam.+ 32 U l-art fetħet fommha u belgħet lilhom u lil taʼ darhom u lin-nies kollha li kienu taʼ Koraħ u l-affarijiet kollha.+ 33 U niżlu ħajjin fil-Qabar huma u dawk kollha li kienu tagħhom, u l-art għattiethom,+ u b’hekk għabu minn fost il-kongregazzjoni.+ 34 U l-Israelin kollha li kienu madwarhom ħarbu meta semgħuhom iwerżqu, għax bdew jgħidu: “Qed nibżgħu li l-art se tiblaʼ lilna wkoll!”+ 35 U ħareġ nar mingħand Ġeħova+ u ħaraq il-mitejn u ħamsin raġel li kienu qed joffru l-inċens.+
36 Ġeħova issa kellem lil Mosè u qallu: 37 “Għid lil Elegħażar, bin Aron il-qassis, li għandu jieħu r-reċipjenti għall-inċens+ minn ġon-nar jaqbad, u għandu jferrex in-nar lil hemm; għax huma mqaddsin, 38 saħansitra r-reċipjenti għall-inċens taʼ dawn l-irġiel li dinbu kontra tagħhom stess.*+ U jridu jagħmluhom pjanċi rqaq tal-metall biex jiksu l-artal,+ għaliex huma ppreżentawhom quddiem Ġeħova, u b’hekk saru mqaddsin; u dawn għandhom iservu bħala sinjal għal ulied Israel.”+ 39 Għaldaqstant, Elegħażar, il-qassis, ħa r-reċipjenti għall-inċens tar-ram aħmar,+ li dawk li kienu nħarqu kienu ppreżentaw, u bdew jagħtu fuqhom u għamluhom pjanċi għall-kisi taʼ l-artal, 40 bħala tifkira għal ulied Israel, bl-iskop li ebda raġel stranġier,+ li m’huwiex minn nisel Aron, ma jersaq qrib biex jaħraq l-inċens quddiem Ġeħova,+ u li ħadd ma jsir bħal Koraħ u l-ġemgħa tiegħu,+ sewwasew bħalma Ġeħova kien kellmu permezz taʼ Mosè.
41 U eżatt l-għada l-ġemgħa kollha taʼ wlied Israel bdiet tgerger kontra Mosè u Aron+ u tgħid: “Intom qtiltu n-nies taʼ Ġeħova.” 42 U ġara li meta l-ġemgħa kienet inġemgħet kontra Mosè u Aron, imbagħad daret lejn it-tinda tal-laqgħa; u, ara, is-sħaba għattietha, u bdiet tidher il-glorja taʼ Ġeħova.+
43 U Mosè u Aron ġew quddiem it-tinda tal-laqgħa.+ 44 Imbagħad Ġeħova kellem lil Mosè u qallu: 45 “Irġiel, warrbu minn nofs din il-ġemgħa, sabiex neqridhom f’ħakka t’għajn.”+ U dawn inxteħtu wiċċhom fl-art.+ 46 Imbagħad Mosè qal lil Aron: “Ħu r-reċipjent għall-inċens u poġġi fih in-nar minn fuq l-artal+ u poġġi fuqu l-inċens u mur għaġġel għand il-ġemgħa u agħmel tpattija għaliha,+ għax ħarġet ir-rabja minn wiċċ Ġeħova.+ Il-kastig beda!” 47 Aron ħa minnufih ir-reċipjent għall-inċens, bħalma kien qal Mosè, u telaq jiġri f’nofs il-kongregazzjoni; u, ara, il-kastig kien beda fost in-nies. Għalhekk, poġġa l-inċens u beda jagħmel tpattija għan-nies. 48 U baqaʼ wieqaf bejn il-mejtin u l-ħajjin.+ U l-flaġell waqaf.+ 49 U dawk li mietu bil-flaġell kienu erbatax-il elf u sebaʼ mija, minbarra dawk li mietu minħabba Koraħ. 50 Meta fl-aħħar Aron mar lura għand Mosè fid-daħla tat-tinda tal-laqgħa, il-flaġell kien waqaf.