1 Korintin
8 Dwar l-ikel offrut lill-idoli:+ nafu li lkoll għandna l-għarfien.+ L-għarfien ineffaħ, imma l-imħabba tibni.+ 2 Jekk xi ħadd jaħseb li kiseb l-għarfien dwar xi ħaġa,+ hu jkun għadu ma jafhiex kif imissu jafha.+ 3 Imma jekk xi ħadd iħobb lil Alla,+ Alla jkun jafu lil dan.+
4 Dwar li wieħed jiekol+ l-ikel offrut lill-idoli: nafu li idolu m’hu xejn+ fid-dinja u li hemm biss Alla wieħed.+ 5 Għax avolja hemm dawk imsejħin “allat,”+ sew fis-sema+ u sew fuq l-art,+ bħalma hemm ħafna “allat” u ħafna “mulejiet,”+ 6 għalina fil-fatt hemm Alla wieħed,+ il-Missier,+ li minnu hu kollox, u aħna ngħixu għalih;+ u Mulej wieħed,+ Ġesù Kristu,+ li permezz tiegħu hu kollox,+ u aħna neżistu permezz tiegħu.
7 Minkejja dan, mhux kulħadd għandu dan l-għarfien.+ Imma xi wħud, li s’issa għadhom imdorrijin bl-idolu, jieklu l-ikel bħala xi ħaġa sagrifikata lil xi idolu,+ u l-kuxjenza tagħhom, billi hi dgħajfa, titniġġes.+ 8 Imma l-ikel ma jirrikkmandaniex quddiem Alla;+ jekk ma niklux, mhux se nagħmlu xi nuqqas, u jekk nieklu, ma nieħdu l-ebda kredtu.+ 9 Imma oqogħdu attenti li b’xi mod din l-awtorità tagħkom ma ssirx taʼ tfixkil għad-dgħajfin.+ 10 Għax jekk xi ħadd jara lilek, int li għandek l-għarfien, tiekol fit-tempju taʼ xi idolu, il-kuxjenza tad-dgħajjef mhix se trabbi l-kuraġġ sal-punt li ġġiegħlu jiekol l-ikel offrut lill-idoli?+ 11 Tassew, bl-għarfien tiegħek qed jiġi rovinat id-dgħajjef, ħuk li għalih miet Kristu.+ 12 U b’hekk, meta tidinbu kontra ħutkom u tfieru l-kuxjenza+ dgħajfa tagħhom, tkunu qed tidinbu kontra Kristu. 13 Għalhekk, jekk l-ikel ifixkel lil ħija,+ qatt iktar ma nerġaʼ niekol laħam, biex ma nfixkilx lil ħija.+