Galatin
4 Issa jien ngħid li sakemm il-werriet ikun għadu ċkejken ma jkunx differenti minn ilsir,+ għalkemm hu s-sid taʼ kollox, 2 imma jkun taħt irġiel inkarigati+ u prokuraturi sal-jum li missieru jkun stabbilixxa minn qabel. 3 Hekk ukoll aħna, meta konna għadna ċkejknin, konna lsiera taʼ l-affarijiet elementari+ tad-dinja. 4 Imma meta waslet il-milja taż-żmien,+ Alla bagħat lil Ibnu,+ li twieled minn mara+ u twieled taħt il-liġi,+ 5 biex jixtri+ u jeħles lil dawk li kienu taħt il-liġi,+ sabiex aħna, mill-banda l-oħra, niġu adottati bħala wlied.+
6 Issa peress li intom ulied, Alla bagħat l-ispirtu+ taʼ Ibnu fi qlubna u dan jgħajjat: “Abba,* Missier!”+ 7 Għalhekk, mela, m’għadekx iktar ilsir imma iben; u jekk iben, werriet ukoll permezz t’Alla.+
8 Minkejja dan, kien meta ma kontux tafu lil Alla+ li tjassartu għal dawk li min-natura m’humiex allat.+ 9 Imma issa li tafu lil Alla, jew, aħjar, issa li Alla sar jafkom,+ kif qed terġgħu dduru lura lejn l-affarijiet elementari+ li huma dgħajfin+ u bla siwi u tridu terġgħu titjassru għalihom?+ 10 Intom qed tosservaw bl-akbar reqqa l-jiem+ u x-xhur+ u l-istaġuni u s-snin. 11 Nibżaʼ minħabba fikom, li b’xi mod tħabatt għalxejn+ għalikom.
12 Nitlobkom ħuti, Siru bħali,+ għax jien ukoll kont bħalkom.+ Intom ma nqastunix.+ 13 Imma tafu li kien għax kont marid fiżikament li xandartilkom l-aħbar tajba l-ewwel darba.+ 14 U l-marda tiegħi, li kienet taʼ prova għalikom, ma ddisprezzajtuhiex jew bżaqtulha bi stmerrija; imma lqajtuni bħal anġlu+ t’Alla, bħal Kristu Ġesù.+ 15 Allura, fejn hu l-hena li kellkom?+ Għax nixhdilkom li, kieku stajtu, kontu taqilgħu għajnejkom u tagħtuhomli.+ 16 Allura issa sirt l-għadu tagħkom+ għax ngħidilkom il-verità?+ 17 Huma ma jfittxukomx biż-żelu+ għax għandhom intenzjoni tajba, imma għax iridu jifirdukom minni, biex intom tfittxu lilhom biż-żelu.+ 18 Madankollu, ikun tajjeb li min ifittixkom biż-żelu jkun dejjem għal raġuni tajba,+ u mhux biss meta nkun preżenti+ magħkom, 19 uliedi ċkejknin,+ li għalikom għal darb’oħra nħoss l-uġigħ tal-ħlas sakemm Kristu jifforma fikom.+ 20 Imma nixtieq li qiegħed preżenti magħkom issa stess+ u nitkellem b’mod differenti, għax inħossni mħawwad+ minħabba fikom.
21 Għiduli, intom li tridu tkunu taħt il-liġi,+ Ma tisimgħuhiex il-Liġi?+ 22 Per eżempju, hemm miktub li Abraham kellu żewġ ulied, wieħed mill-qaddejja+ u wieħed mill-ħielsa;+ 23 imma dak li ġie mill-qaddejja fil-fatt twieled skond il-laħam,+ l-ieħor li ġie mill-ħielsa permezz taʼ wegħda.+ 24 Dan kollu qiegħed bħala dramm simboliku;+ għax dawn in-nisa jfissru żewġ pattijiet,+ wieħed li sar fuq il-Muntanja Sinaj,+ li tiled it-tfal għall-jasar, u li hi Ħagar. 25 Issa din Ħagar tfisser is-Sinaj,+ muntanja fl-Għarabja, u hi ekwivalenti għal Ġerusalemm taʼ llum, għax hi fil-jasar+ maʼ wliedha. 26 Imma Ġerusalemm+ taʼ fuq hi ħielsa, u din hi ommna.+
27 Għax hu miktub: “Ifraħ, mara li ma jistax ikollok tfal u li ma tilidx; għolli leħnek u għajjat bil-ferħ, int li m’għandekx l-uġigħ tal-ħlas; għax ulied il-mara abbandunata huma iktar numerużi minn taʼ dik li għandha żewġha.”+ 28 Issa ħuti, aħna wlied il-wegħda bħalma kien Iżakk.+ 29 Imma bħalma dak iż-żmien dak li twieled skond il-laħam beda jippersegwita+ lil dak li twieled skond l-ispirtu, hekk ukoll issa.+ 30 Minkejja dan, x’tgħid l-Iskrittura? “Keċċi lill-qaddejja u lil binha, għax bin il-qaddejja żgur ma jkunx werriet maʼ bin il-ħielsa.”+ 31 Għaldaqstant, ħuti, m’aħniex ulied il-qaddejja,+ imma wlied il-ħielsa.+