Ġenesi
22 Issa wara dan kollu ġara li l-Alla l-veru għadda lil Abraham minn prova.+ Għaldaqstant qallu: “Abraham!” u dan wieġeb: “Hawn jien!”+ 2 U Alla ssokta jgħidlu: “Jekk jogħġbok, ħu lil ibnek Iżakk,+ l-uniku iben tiegħek li tant tħobb,+ u vvjaġġa lejn l-art taʼ Morija+ u hemmhekk offrih bħala offerta tal-ħruq fuq waħda mill-muntanji li ngħidlek jien.”+
3 Għalhekk, Abraham bakkar fil-għodu u xedd is-sarġ lill-ħmar tiegħu u ħa miegħu lil tnejn mill-qaddejja tiegħu u lil ibnu Iżakk;+ u qattaʼ l-ħatab għall-offerta tal-ħruq. Imbagħad qam u telaq lejn il-post li qallu bih l-Alla l-veru. 4 Kien fit-tielet jum li Abraham għall-ewwel darba refaʼ għajnejh u beda jara l-post mill-bogħod. 5 Issa Abraham qal lill-qaddejja tiegħu:+ “Intom ibqgħu hawnhekk mal-ħmar, imma jien u t-tifel irridu mmorru hemmhekk u nqimu+ u niġu lura ħdejkom.”
6 Imbagħad Abraham qabad il-ħatab taʼ l-offerta tal-ħruq u għabbieh fuq ibnu Iżakk+ u ħa f’idejh in-nar u s-sikkina tal-biċċiera, u t-tnejn li huma telqu flimkien.+ 7 U Iżakk qal lil missieru Abraham: “Missier!”+ U dan wieġeb: “Hawn jien, ibni!”+ U Iżakk kompla: “Hawn huma n-nar u l-ħatab, imma fejn hi n-nagħġa għall-offerta tal-ħruq?”+ 8 Abraham qal: “Alla jipprovdiha hu n-nagħġa għall-offerta tal-ħruq,+ ibni.” U t-tnejn li huma komplew mexjin flimkien.
9 Sa fl-aħħar waslu fil-post li qallu bih l-Alla l-veru, u Abraham bena artal+ hemmhekk u rranġa l-ħatab u rabat lil ibnu Iżakk minn idejh u minn saqajh u poġġieh fuq l-artal, fuq il-ħatab.+ 10 Imbagħad Abraham medd idu u qabad is-sikkina tal-biċċiera biex joqtol lil ibnu.+ 11 Imma l-anġlu taʼ Ġeħova beda jsejjaħlu mis-smewwiet u jgħidlu:+ “Abraham, Abraham!” u dan wieġbu: “Hawn jien!” 12 U l-anġlu ssokta jgħidlu: “Tmiddx idek fuq it-tifel u tagħmillu xejn,+ għax issa naf li int tibżaʼ minn Alla billi ma ċaħħadtnix minn ibnek, l-uniku wieħed li għandek.”+ 13 Malli semaʼ dan, Abraham refaʼ għajnejh u ħares u hemmhekk, ftit ’il bogħod quddiemu, kien hemm muntun maqbud minn qrunu fil-friegħi tas-siġar. Għalhekk, Abraham mar u ħa l-muntun u offrieh bħala offerta tal-ħruq minflok ibnu.+ 14 U Abraham semma dan il-post Ġeħova-jire.* Huwa għalhekk li llum għadu jingħad: “Fuq il-muntanja tiegħu, Ġeħova jipprovdi.”+
15 U l-anġlu taʼ Ġeħova sejjaħ lil Abraham it-tieni darba mis-smewwiet 16 u qallu: “‘Bija nnifsi naħlef,’ hija l-kelma taʼ Ġeħova,+ ‘li minħabba l-fatt li int għamilt din il-ħaġa u ma ċaħħadtnix minn ibnek, l-uniku wieħed li għandek,+ 17 jien żgur li nbierkek u żgur li nkattar lil nislek bħall-kwiekeb tas-smewwiet u bħar-ramel li hemm f’xatt il-baħar;+ u nislek għad jieħu f’idejh bieb* l-għedewwa tiegħu.+ 18 U permezz taʼ nislek+ il-ġnus kollha taʼ l-art se jitbierku minħabba l-fatt li int smajt minn kliemi.’”+
19 Imbagħad Abraham mar lura ħdejn il-qaddejja tiegħu, u dawn qamu u telqu flimkien lejn Bir-xeba;+ u Abraham baqaʼ jgħammar f’Bir-xeba.
20 Issa wara dan kollu ġara li lil Abraham waslitlu din l-aħbar: “Ara! Milka+ wkoll wildet ulied lil ħuk Naħor:+ 21 Uż l-ewwel imwieled tiegħu, ħuh Buż,+ Kemwel missier Aram, 22 Kesed, Ħażo, Pildas, Ġidlaf, u Betwel.”+ 23 U Betwel nissel lil Rebekka.+ Dawn it-tmienja wildithom Milka lil Naħor, ħu Abraham. 24 Kien hemm ukoll il-konkubina tiegħu, li kien jisimha Rewma. Maż-żmien, din ukoll wildet lil Tebaħ, Gaħam, Taħas, u Magħka.+