Mattew
28 Wara s-Sabat, meta kien qed jisbaħ fl-ewwel jum tal-ġimgħa, Marija l-Maddalena u Marija l-oħra ġew jaraw il-qabar.+
2 U, ara, seħħ terremot kbir; għax l-anġlu taʼ Ġeħova niżel mis-sema u resaq lejn il-ġebla, gerbibha, u qagħad bil-qiegħda fuqha.+ 3 Minn barra kien jidher qisu sajjetta,+ u ħwejġu kienu bojod daqs is-silġ.*+ 4 Iva, l-għassiesa tant beżgħu minnu li triegħdu u saru qishom mejtin.
5 Imbagħad, l-anġlu+ qal lin-nisa: “Tibżgħux, għax naf li qed tfittxu lil Ġesù+ li sammruh maʼ zokk. 6 Mhux qiegħed hawnhekk għax ġie mqajjem+ bħalma qal. Ejjew, araw il-post fejn kien qiegħed. 7 U morru malajr għidu lid-dixxipli tiegħu li ġie mqajjem+ mill-imwiet, u, ara, hu sejjer qabilkom fil-Galilija;+ tarawh hemmhekk. Ara! Jien għedtilkom.”+
8 Għalhekk, telqu malajr mill-qabar tat-tifkira, kollhom biżaʼ u ferħ kbir, u marru jiġru biex jagħtu l-aħbar lid-dixxipli tiegħu.+ 9 U, ara! Ġesù ltaqaʼ magħhom u qalilhom: “L-għodwa t-tajba!” Huma resqu lejh, qabdulu saqajh, u mielu quddiemu. 10 Imbagħad Ġesù qalilhom: “Tibżgħux! Morru, agħtu l-aħbar lil ħuti,+ sabiex jitilqu lejn il-Galilija; jarawni hemmhekk.”
11 Huma u sejrin, ara, xi wħud mill-għassiesa+ daħlu l-belt u qalu b’dak kollu li kien ġara lill-qassisin ewlenin. 12 U dawn inġabru max-xjuħ u, wara li ftiehmu bejniethom, taw lis-suldati+ biżżejjed biċċiet tal-fidda 13 u qalulhom: “Għidu, ‘Id-dixxipli tiegħu+ ġew bil-lejl u serquh waqt li konna reqdin.’ 14 U jekk dan jasal f’widnejn il-gvernatur, nipperswaduh aħna u neħilsukom mill-inkwiet.” 15 Għalhekk, ħadu l-biċċiet tal-fidda u għamlu kif qalulhom; u din ix-xniegħa xterdet maʼ kullimkien fost il-Lhud sal-ġurnata taʼ llum.
16 Madankollu, il-ħdax-il dixxiplu marru fil-Galilija+ lejn il-muntanja fejn Ġesù kien ftiehem biex jiltaqaʼ magħhom, 17 u meta rawh mielu quddiemu, imma xi wħud iddubitaw.+ 18 U Ġesù resaq lejhom u qalilhom: “Lili ngħatat kull awtorità+ fis-sema u fuq l-art. 19 Għalhekk, morru u agħmlu dixxipli+ min-nies tal-ġnus kollha,+ għammduhom+ fl-isem tal-Missier+ u taʼ l-Iben+ u taʼ l-ispirtu qaddis,+ 20 u għallmuhom+ josservaw+ dak kollu li ordnajtilkom.+ U, ara, jien magħkom+ il-jiem kollha sal-konklużjoni tas-sistema.”+