1 Korintin
9 M’iniex ħieles jien?+ M’iniex appostlu?+ Ma rajtux jien lil Ġesù, il-Mulej tagħna?+ M’intomx intom ir-riżultat tax-xogħol tiegħi fil-Mulej? 2 Jekk għal oħrajn m’iniex appostlu, żgur li jien għalikom, għax intom is-siġill li jikkonferma+ l-appostolat tiegħi fil-Mulej.
3 Id-difiża tiegħi lil dawk li jiġġudikawni hi din:+ 4 Għandna awtorità nieklu+ u nixorbu, hux hekk? 5 Għandna awtorità nieħdu magħna oħt bħala l-mara,+ bħall-bqija taʼ l-appostli u ħut il-Mulej+ u Kefa,+ hux hekk? 6 Jew jien u Barnaba+ biss m’għandniex awtorità li ma nagħmlux xogħol sekulari?+ 7 Min qatt iservi bħala suldat spejjeż tiegħu? Min iħawwel għalqa dwieli u ma jikolx minn frottha?+ Jew min jirgħa merħla u ma jixrobx mill-ħalib tagħha?+
8 Dan qed ngħidu skond il-livelli tal-bniedem?+ Mhux anki l-Liġi+ tgħidu dan? 9 Għax fil-liġi taʼ Mosè hemm miktub: “Tagħmilx sarima maʼ ħalq il-barri meta jkun qed jidres il-qamħ.”+ Jaqaw Alla mill-barrin jimpurtah? 10 Jew jgħid dan kollu għalina? Tassew għalina kien miktub,+ għax min jaħrat għandu jaħrat bit-tama u min jidres għandu jagħmel dan bit-tama li jieħu sehmu.+
11 Jekk żrajnielkom affarijiet spiritwali,+ hi ħaġa kbira jekk naħsdu affarijiet għall-bżonnijiet materjali mingħandkom?+ 12 Jekk oħrajn jieħdu sehem f’din l-awtorità fuqkom,+ m’għandniex dritt iktar minnhom aħna? Madankollu, m’użajnihiex din l-awtorità,+ imma qed nissaportu kollox, sabiex ma noħolqu l-ebda xkiel għall-aħbar tajba+ dwar il-Kristu. 13 Ma tafux li dawk li jwettqu dmirijiet sagri jieklu+ minn dak li jkun hemm fit-tempju, u dawk li l-ħin kollu jaqdu+ fl-artal għandhom sehem maʼ l-artal? 14 Hekk ukoll il-Mulej ordna+ li dawk li jxandru l-aħbar tajba jgħixu permezz taʼ l-aħbar tajba.+
15 Imma jien ma nqdejt bl-ebda wieħed minn dawn il-provvedimenti.+ Tabilħaqq, ma ktibtx dan biex nibda nagħmel hekk, għax ikun aħjar għalija li mmut milli—ebda bniedem m’hu se jġib fix-xejn ir-raġuni tiegħi għall-ftaħir!+ 16 Issa, jekk qed inxandar l-aħbar tajba,+ m’għandix għalfejn niftaħar, għax il-bżonn+ iġegħelni. Tassew, gwaj+ għalija jekk ma nxandarx l-aħbar tajba! 17 Jekk dan inwettqu minn jeddi,+ ikolli premju;+ imma jekk nagħmlu kontra r-rieda tiegħi, xorta waħda ġejt fdat bi prokura.+ 18 Allura, x’inhu l-premju tiegħi? Li meta nxandar l-aħbar tajba nipprovdiha bla ħlas,+ bl-għan li ma nabbużax mill-awtorità tiegħi fl-aħbar tajba.
19 Għax għalkemm jien ħieles minn kulħadd, għamilt lili nnifsi lsir+ taʼ kulħadd, sabiex nirbaħ+ iktar u iktar nies. 20 Għalhekk, għal-Lhud sirt bħal Lhudi,+ biex nirbaħ lil-Lhud; għal dawk taħt il-liġi sirt bħal wieħed taħt il-liġi,+ għalkemm jien innifsi m’iniex taħt il-liġi,+ biex nirbaħ lil dawk taħt il-liġi. 21 Għal dawk mingħajr liġi+ sirt bħal wieħed mingħajr liġi,+ għalkemm m’iniex mingħajr il-liġi t’Alla imma qiegħed taħt il-liġi+ taʼ Kristu,+ biex nirbaħ lil dawk mingħajr liġi. 22 Għad-dgħajfin sirt dgħajjef, biex nirbaħ lid-dgħajfin.+ Sirt kollox għal nies taʼ kull xorta,+ biex b’kull mezz insalva lil xi wħud. 23 U nagħmel kollox minħabba l-aħbar tajba, biex naqsam+ dan il-messaġġ m’oħrajn.
24 Ma tafux li f’tellieqa l-ġerrejja+ kollha jiġru, imma wieħed biss jirċievi l-premju?+ Iġru+ b’tali mod li tiksbuh.+ 25 Iktar minn hekk, kulmin jieħu sehem f’kompetizzjoni jeżerċita r-rażna+ f’kollox. Naturalment, dan huma jagħmluh biex jiksbu kuruna li tidbiel,+ imma aħna waħda li ma tidbielx.+ 26 Għalhekk, m’iniex niġri+ b’mod inċert; m’iniex nimmira d-daqqiet tiegħi b’tali mod li nkun qed nagħti fl-arja;+ 27 imma nsawwat lil ġismi+ u njassru, sabiex, wara li nkun ippridkajt lil oħrajn, jien stess ma niġix diżapprovat+ b’xi mod.