LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w92 12/15 pp. 4-6
  • Il-Milied—Huwa Dan il-Mod Kif Tagħti Merħba lil Ġesù?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Milied—Huwa Dan il-Mod Kif Tagħti Merħba lil Ġesù?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • “Jekk it-​Trumbetta Ddoqq Sejħa li ma Tingħarafx”
  • ‘Biex Nirbħu n-​Nies’
  • “Kristjani Moħbijin” m’Humiex Restawrati
  • Restawrata lejn il-​Kristjanità Vera
  • Ix-Xhieda ta’ Ġeħova Għala Ma Jiċċelebrawx il-Milied?
    Mistoqsijiet Komuni dwar ix-Xhieda taʼ Ġeħova
  • Il-Milied—Għala daqshekk Popolari fil-Ġappun
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • Il-Milied—Għala Saħansitra fl-Orjent?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
  • Kif Għandna Niftakruh lil Ġesù Kristu?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
w92 12/15 pp. 4-6

Il-​Milied—Huwa Dan il-​Mod Kif Tagħti Merħba lil Ġesù?

IT-​TWELID tas-​Salvatur, il-​Messija tant mistenni, kien tabilħaqq żmien biex tifraħ. “Ħares!” ħabbar anġlu lil xi ragħajja fl-​inħawi taʼ Betlehem, “qiegħed niddikjara lilkom aħbar tajba taʼ ferħ kbir li n-​nies kollha se jkollhom, għaliex kien hemm imwieled għalikom illum Salvatur, li hu Kristu l-​Mulej.” Kotra taʼ anġli ngħaqdu miegħu, ifaħħru lil Alla: “Glorja lil Alla fil-​għoli fuq, u fuq l-​art paċi fost il-​bnedmin taʼ rieda tajba.” (Luqa 2:10-14) Xi wħud forsi jaslu għall-​konklużjoni li l-​Kristjani għandhom jimitaw lill-​anġli f’li jesprimu l-​ferħ dwar il-​miġja taʼ Kristu fuq l-​art lura f’dak iż-​żmien.

Dan ma kienx l-​ewwel rakkont fil-​Bibbja fejn anġli nfexxew f’għanjiet taʼ tifħir. Meta t-​tisjis tal-​art ġie mitmum, “[i]l-kwiekeb taʼ fil-​għodu għajtu bil-​ferħ flimkien, u wlied Alla kollha bdew igħajtu b’applaws.” (Ġob 38:4-7) Id-​data eżatta taʼ dik il-​ġrajja mhix imniżżla fil-​Bibbja. (Ġenesi 1:1, 14-18) Kienet kemm kienet ferriħija l-​okkażjoni, il-​Kristjani m’argumentawx li la l-​anġli applawdew, huma għandhom kull sena jiċċelebraw il-​ħolqien tal-​art u forsi jadottaw xi festa pagana biex jikkommemoraw din l-​okkażjoni.

Iżda dak hu preċiż li qed jagħmlu bit-​twelid taʼ Ġesù Kristu nies li jiċċelebraw il-​Milied. Titwila fi kważi kull enċiklopedija serja taħt it-​titlu “Milied” tikkonferma li d-​data tat-​twelid taʼ Ġesù mhix magħrufa. Il-​Bibbja hija siekta f’dak li għandu x’jaqsam maʼ dik id-​data.

“Jekk it-​Trumbetta Ddoqq Sejħa li ma Tingħarafx”

“Alla huwa Alla, mhux tad-​diżordni, imma tal-​paċi,” kiteb l-​appostlu Pawlu, biex jikkorreġi d-​diżordni tal-​kongregazzjoni f’Korintu tal-​qedem. Fl-​istess kuntest, hu staqsa: “Jekk it-​trumbetta ddoqq sejħa li ma tingħarafx, min se jlesti ruħu għall-​battalja?” (1 Korintin 14:8, 33) Issa, jekk Alla tal-​ordni kellu l-​intenzjoni li l-​Kristjani jiċċelebraw it-​twelid taʼ Ibnu fuq l-​art, kieku Hu kien se jħalli f’idejn bnedmin imperfetti biex jagħżlu kif ifettlilhom data taʼ festi pagani u jadottaw prattiċi m’humiex qaddisin?

Li neżaminaw ftit eżempji Bibliċi se jiċċaralna kif Alla Jehovah ma jittrattax mal-​poplu tiegħu b’dan il-​mod. Meta hu kien jinħtieġ lill-​Iżraeliti biex iżommu ċelebrazzjonijiet annwali taħt il-​Liġi taʼ Mosè, Alla speċifikament indika dati u qalilhom kif josservaw dawk l-​okkażjonijiet festivi. (Eżodu 23:14-17; Levitiku 23:34-43) Ġesù Kristu, għalkemm qatt ma kkmanda biex it-​twelid tiegħu jiġi kkommemorat, ikkmanda lis-​segwaċi tiegħu biex iħarsu data waħda speċifika. “Fil-​lejl li kien sejjer ikun ikkunsinnat,” l-​14 taʼ Nisan, 33 E.K., Ġesù ta bidu għaċ-​ċelebrazzjoni tal-​Ikla taʼ fil-​Għaxija tal-​Mulej, billi uża ħobż bla ħmira u nbid. Hu kkmanda: “Ibqgħu agħmlu dan b’tifkira tiegħi.” ( 1 Korintin 11:23, 24) Is-​sejħa tat-​trumbetta inkwantu għal meta u kif wieħed għandu josserva l-​Ikla taʼ fil-​Għaxija tal-​Mulej hija ċara u ma tistax titfixkilha. Allura xi ngħidu dwar il-​Milied? Imkien fil-​Bibbja ma nsibu xi kmand biex niċċelebraw it-​twelid taʼ Kristu, lanqas ma tgħidilna meta u kif.

‘Biex Nirbħu n-​Nies’

“O, m’għandniex xi ngħidu jien naf li l-​Milied għandu oriġini pagan,” qal membru tal-​kleru fi knisja taʼ Sijon f’Tokjo, “imma sakemm in-​nies komuni huma interessati fil-​Kristjanità nhar il-​25 taʼ Diċembru u jiġu jitgħallmu t-​tagħlim tal-​onorabbli Ġesù, il-​Milied għandu postu fil-​Kristjanità.” Ħafna jaqblu maʼ dan ir-​raġunar. Temmen int li huwa xieraq li jsiru kompromessi bħal dawn?

Xi wħud jargumentaw li saħansitra Pawlu għamel kompromess biex jikseb kredenti. “Jien nagħmel lili nnifsi rsir taʼ kulħadd,” kiteb hu, “sabiex nirbaħ kemm jistaʼ jkun nies . . . Meta naħdem mal-​Ġentili, ingħix bħal wieħed Ġentil, barra l-​Liġi Lhudija, sabiex nirbaħ lill-​Ġentili.... Dan kollu nagħmlu minħabba l-​vanġelu, sabiex naqsam fil-​barkiet tiegħu.” (1 Korintin 9:19-23, Today’s English Version) Jiġġustifikaw dawn il-​kelmiet il-​fatt li wieħed jadotta festa pagana biex jiġbed lil xi Ġentili lejn il-​Kristjanità?

Ikkunsidra bir-​reqqa l-​kuntest tal-​istqarrija taʼ Pawlu. Fil-​vers 21, hu qal: “Dan ma jfissirx li jien ma nobdix il-​liġi t’Alla; jien verament qiegħed taħt il-​liġi taʼ Kristu.” (TEV) Mela hu m’għamilx kompromessi fi kwistjonijiet li marru iktar ’il bogħod mil-​liġi taʼ Kristu, imma ‘għex bħal wieħed Ġentil’ billi rrispetta d-​drawwiet u l-​abitudnijiet lokali sakemm dawn ma marrux kontra l-​kmandamenti Kristjani.a

B’dan f’moħħok, aħseb kif l-​adottar taʼ festi pagani fil-​“Kristjanità” taħt l-​isem tal-​Milied kellu jidher meta tħares lejh fid-​dawl tal-​kmand Bibliku li ġej: “Tintrabtux taħt madmad li mhux indaqs maʼ dawk li ma jemmnux. Għax xi sħubija hemm bejn it-​tjieba u l-​ksur tal-​liġi? . . . Jew x’sehem għandu wieħed leali maʼ wieħed li ma jemminx? . . .‘Għalhekk oħorġu minn fosthom, u ifirdu lilkom infuskom,’ igħid Jehovah, ‘u ieqfu milli tmissu l-​ħaġa mhix nadifa’; ‘u jien se neħodkom ġewwa.”ˈ (2 Korintin 6:14-17) Huma x’inhuma l-​iskużi li jistgħu jiġu offruti, li tħallat il-​Kristjanità mal-​festi pagani m’huwiex kif għandek tagħti merħba lil Ġesù bħala s-​Salvatur. Ma kienx ikun xieraq fl-​ewwel seklu meta Ġesù ġie fil-​laħam, u huwa daqstant mhux xieraq illum jew fil-​futur, meta Kristu jiġi bħala Sultan biex jesegwixxi l-​ġudizzji t’Alla. (Rivelazzjoni 19:11-16) Fil-​fatt, dawk li jippreferu li jiċċelebraw festi pagani mlibbsin taħt l-​isem “Kristjan” jistgħu verament qed jiċħdu lil Ġesù Kristu.

“Kristjani Moħbijin” m’Humiex Restawrati

Hu tagħlima minn dak li ġara lill-​Kattoliċi fil-​Ġappun matul l-​era tad-​dittaturi. Meta bdiet il-​projbizzjoni tal-​Kattoliċiżmu fl-​1614, xi 300,000 Kattolku Ġappuniż kellhom tliet għażliet: isiru martri, jabbandunaw il-​fidi tagħhom jew jagħmlu x-​xogħol bil-​moħbi. Dawk l-​uħud li għamlu x-​xogħol bil-​moħbi bdew jissejħu Kristjani moħbijin. Biex jaħbu l-​fidi tagħhom, huma kkonformaw maʼ drawwiet Buddisti u Xintoisti. Fil-​liturġija tagħhom, użaw lil Maria Kannon, li kienet Marija mistura bħala Bodhisattva Buddista fil-​forma taʼ omm iżżomm tarbija. Il-​festi tagħhom ħalltu l-​Buddiżmu, il-​Kattoliċiżmu, u r-​reliġjon tradizzjonali. Madankollu, meta ġew sfurzati biex jattendu funerali Buddisti, huma kantaw talb Kristjan u għamlu modoshi, ċerimonja biex tikkanċella s-​servizz Buddist. X’sar minnhom dawk il-​“Kristjani”?

“Sa fejn għandhom x’jaqsmu l-​maġġoranza tal-​Kirishitans [il-Kristjani],” jispjega l-​ktieb The Hidden Christians, “attakkament reliġjuż kiber f’li jagħmel diffiċli li tiġi abbandunata l-​qima tal-​allat Xintoisti u Buddisti.” Meta l-​projbizzjoni ġiet imneħħija u l-​missjunarji Kattoliċi reġgħu lura lejn il-​Ġappun, il-​maġġoranza taʼ dawk il-​“Kristjani moħbijin” żammew max-​xorta tagħhom taʼ taħlit reliġjuż.

Madankollu, setgħet il-​Knisja Kattolika b’mod raġonevoli tikkritika lil dawk il-​“Kristjani moħbijin” li rrifjutaw li jiġu rrestawrati lejn il-​Kattoliċiżmu Ruman? Il-​Knisja Kattolika nfisha adottat bl-​istess mod ħafna tagħlim u festi pagani, inkluż il-​Milied. Jekk il-​Kattoliċi u l-​Protestanti, għalkemm jistqarru li huma Kristjani, għamlu l-​“Kristjanità” tagħhom pagana bil-​festi pagani, jistgħu huma jkunu wkoll qed jiċħdu lil Ġesù Kristu?

Restawrata lejn il-​Kristjanità Vera

Setsuko, Kattolika devota għal 36 sena, fl-​aħħar waslet għal dik ir-​realizzazzjoni. Wara t-​Tieni Gwerra Dinjija, kienet ipprovat timla l-​vojt spiritwali tagħha billi ssieħbet maʼ knisja Kattolika. ‘Kemm hu sodisfaċenti!’ ħasbet hi hekk kif attendiet il-​Quddiesa tal-​Milied u rat siġar tal-​Milied mill-​isbaħ fuq ġewwa u fuq barra tal-​knisja tagħha. “Jien ħassejtni mkabbra bit-​tiżjin sabiħ tagħna, li kien jiżboq lil dak taʼ knejjes fil-​qrib,” qalet hi. Minkejja dan, Setsuko verament ma kellha ebda fehma dwar it-​tagħlim Kattoliku, għalkemm hi saħansitra kienet tgħallem fl-​iskola taʼ nhar taʼ Ħadd għal xi żmien. Mela meta riedet issir iktar involuta fix-​xogħol tal-​knisja, hi staqsiet lill-​qassis xi ftit mistoqsijiet. Minflok ma weġbilha l-​mistoqsijiet tagħha, il-​qassis ċekkinha. Id-​diżappuntata, hi ddeċidiet li tistudja l-​Bibbja waħedha. Ġimgħatejn wara, ix-​Xhieda taʼ Jehovah żaruha, u hi aċċettat studju tal-​Bibbja fid-​dar.

Hi tispjega: “Kien taʼ wġigħ il-​qalb li tiġi kkonfrontata b’veritajiet tal-​Bibbja li giddbu t-​twemmin taʼ qabel tiegħi. Jien saħansitra qabditni alopecia neurotica, telf taʼ xagħar minħabba li kont imdejqa. Bil-​mod il-​mod, madankollu, id-​dawl tal-​verità idda f’qalbi. Bqajt imbellha meta sirt naf li ma jistax ikun li Ġesù twieled f’Diċembru kiesaħ u kollu xita, meta r-​ragħajja ma kinux jieħdu ħsieb in-​ngħaġ tagħhom barra fl-​apert bil-​lejl. (Luqa 2:8-12) Dan ġab fix-​xejn l-​istampa li kelli tal-​Milied, għax konna wżajna t-​tajjar bħala borra biex inżejnu xeni taʼ ngħaġ u ragħajja.”

Wara li kkonvinċiet ruħha dwar dak li tgħallem verament il-​Bibbja, Setsuko ddeċidiet li ma tibqax tiċċelebra l-​Milied. Hi m’għadx għandha “l-​ispirtu tal-​Milied” darba fis-​sena imma turi l-​ispirtu taʼ għoti Kristjan bil-​ferħ kuljum.

Jekk int sinċerament temmen fi Kristu, tkunx imdejjaq meta tara l-​pagani jniġġsu l-​Milied. Huma qegħdin biss jirrepetu dak li kien oriġinalment—festa pagana. Il-​Milied ma jwassal lil ħadd biex jagħti merħba lil Ġesù Kristu, li rritorna b’mod inviżibbli bħala Sultan tas-​sema. (Mattew, kapitli 24 u 25; Mark, kapitlu 13; Luqa, kapitlu 21) Minflok, il-​veri Kristjani juru spirtu bħal dak taʼ Kristu s-​sena kollha, u jiddikjaraw l-​aħbar tajba tas-​Saltna, li tagħha Ġesù sar Sultan. Dak hu kif Alla jridna nagħtu merħba lil Ġesù Kristu bħala s-​Salvatur tagħna u s-​Sultan tas-​Saltna.—Salm 2:6-12.

[Nota taʼ taħt]

a Qabbel iż-​żewġ modi li bihom Pawlu wieġeb il-​kwistjoni taċ-​ċirkonċiżjoni. Għalkemm hu kien jaf li “ċ-​ċirkonċiżjoni ma tfisser xejn,” hu ġiegħel li jiġi ċirkonċiż sieħbu Timotew, li kien jivvjaġġa miegħu, u li kien Lhudi min-​naħa t’ommu. (1 Korintin 7:19. Atti 16:3) Fil-​każ taʼ Titus, l-​appostlu Pawlu evita li jġiegħlu jiġi ċirkonċiż bħala kwistjoni taʼ prinċipju fit-​tilwima mal-​Ġudaisti. (Galatin 2:3) Titus kien Grieg u għalhekk, mhux bħal Timotew, ma kellu ebda raġuni leġittima biex jiġi ċirkonċiż. Kieku hu, Ġentil, kellu jsir ċirkonċiż, ‘Kristu ma kien ikun taʼ ebda benefiċċju għalih.’—Galatin 5:2-4.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja