Ġwanni
12 Sitt ijiem qabel il-Qbiż, Ġesù wasal f’Betanja,+ fejn kien joqgħod Lazzru+ li Ġesù kien qajjem mill-imwiet. 2 Għalhekk, għamlulu ikla taʼ fil-għaxija hemmhekk, u Marta+ kienet qed isservihom,+ u Lazzru kien wieħed minn dawk li kienu mal-mejda miegħu.+ 3 Imbagħad Marija ħadet libbra* żejt ifuħ, nard pur,+ jiswa ħafna flus, u dilket saqajn Ġesù u xxottathomlu b’xagħarha.+ Id-dar imtliet bir-riħa taż-żejt ifuħ. 4 Imma Ġuda l-Iskarjota,+ wieħed mid-dixxipli tiegħu, li dalwaqt kien se jittradih, qal: 5 “Dan iż-żejt ifuħ+ għala ma nbiegħx għal tliet mitt dinar* u ngħata lill-foqra?”+ 6 Iżda qal dan mhux għax kien jimpurtah mill-foqra, imma għax kien ħalliel+ u, billi kellu l-kaxxa tal-flus,+ kien jieħu l-flus li kienu jintefgħu fiha. 7 Għalhekk, Ġesù qal: “Ħalluha ħa żżomm din id-drawwa minħabba l-jum tad-difna tiegħi.+ 8 Għax il-foqra dejjem magħkom,+ imma jien mhux dejjem se nkun magħkom.”
9 Imbagħad folla kbira mil-Lhud saru jafu li kien hemmhekk u ma ġewx biss minħabba Ġesù, imma wkoll biex jaraw lil Lazzru, li hu kien qajjem mill-imwiet.+ 10 Il-qassisin ewlenin issa ftiehmu bejniethom biex joqtlu lil Lazzru wkoll,+ 11 għax minħabba fih ħafna mil-Lhud kienu qed imorru hemmhekk u jpoġġu l-fidi f’Ġesù.+
12 L-għada, malli semgħu li Ġesù kien ġej Ġerusalemm, il-folla kbira taʼ nies li kienu ġew għall-festa 13 ħadu l-friegħi tas-siġar tal-palm+ u ħarġu biex jilqgħuh. U bdew jgħajtu:+ “Salva, nitolbuk!+ Imbierek dak li jiġi f’isem Ġeħova,+ iva, is-sultan+ taʼ Israel!” 14 Issa meta Ġesù sab ħmar żgħir,+ qagħad bil-qiegħda fuqu, bħalma hu miktub: 15 “Tibżax, bint Sijon. Ara! Is-sultan tiegħek ġej,+ bil-qiegħda fuq felu taʼ ħmara.”+ 16 Għall-ewwel id-dixxipli tiegħu ma tawx kasu dan,+ imma meta Ġesù ġie glorifikat,+ imbagħad ftakru li dan kien inkiteb dwaru u li hekk kienu għamlulu.+
17 Għaldaqstant, il-folla li kienet miegħu meta sejjaħ lil Lazzru+ mill-qabar tat-tifkira u qajmu mill-imwiet baqgħet tagħti xiehda.+ 18 Minħabba dan, iltaqgħet miegħu wkoll il-folla għax semgħet li kien wettaq dan is-sinjal.+ 19 Għalhekk, il-Fariżej+ qalu bejniethom: “Qed taraw kif m’intom se taslu mkien! Ara, id-dinja kollha marret warajh!”+
20 Issa kien hemm xi Griegi+ fost dawk li telgħu jqimu fil-festa. 21 Għalhekk, dawn resqu lejn Filippu,+ li kien minn Betsajda tal-Galilija, u bdew jitolbuh u jgħidulu: “Sinjur, irridu naraw lil Ġesù.”+ 22 Filippu mar u qal lil Indrì. Indrì u Filippu marru u qalu lil Ġesù.
23 Imbagħad Ġesù wieġeb u qalilhom: “Waslet is-siegħa biex Bin il-bniedem jiġi glorifikat.+ 24 Tassew, tassew, ngħidilkom, Jekk qamħa ma taqax fl-art u tmut, tibqaʼ waħedha; imma jekk tmut,+ tagħti ħafna frott. 25 Min jgħożż lil ruħu jeqridha, imma min jobgħod lil ruħu+ f’din id-dinja jħarisha għall-ħajja taʼ dejjem.+ 26 Jekk xi ħadd irid jaqdini, ħa jiġi warajja, u fejn inkun jien hemm ukoll ikun il-qaddej tiegħi.+ Jekk xi ħadd irid jaqdini, il-Missier jonorah.+ 27 Issa ruħi mnikkta,+ u x’naqbad ngħid? Missier, salvani minn din is-siegħa.+ Madankollu, għalhekk wasalt għal din is-siegħa. 28 Missier, igglorifika lil ismek.” Imbagħad, ġie leħen+ mis-sema: “Jien igglorifikajtu u nerġaʼ nigglorifikah.”+
29 Issa n-nies li kienu hemmhekk u semgħu dan bdew jgħidu li kien riegħed. Oħrajn bdew jgħidu: “Kellmu xi anġlu.” 30 Ġesù wieġeb u qal: “Dan il-leħen ma nstemax minħabba fija, imma minħabba fikom.+ 31 Issa din id-dinja qed tiġi ġudikata; issa l-ħakkiem taʼ din id-dinja+ se jitkeċċa ’l barra.+ 32 U meta nitgħolla+ ’l fuq mill-art, niġbed lejja lil kull xorta taʼ bnedmin.”+ 33 Tabilħaqq, dan kien qed jgħidu biex juri liema xorta taʼ mewt kien se jmut dalwaqt.+ 34 Għalhekk, il-folla wiġbitu: “Mil-Liġi smajna li l-Kristu jibqaʼ għal dejjem;+ kif qed tgħid li Bin il-bniedem irid jitgħolla ’l fuq?+ Min hu dan Bin il-bniedem?”+ 35 Imbagħad Ġesù qalilhom: “Id-dawl se jkun fostkom ftit ieħor. Imxu waqt li għandkom id-dawl, biex id-dlam+ ma jegħlibkomx; u min jimxi fid-dlam ma jafx fejn hu sejjer.+ 36 Waqt li għandkom id-dawl, eżerċitaw il-fidi fid-dawl sabiex issiru wlied id-dawl.”+
Ġesù qal dan u telaq jinħeba minnhom. 37 Imma għalkemm kien wettaq ħafna sinjali quddiemhom, ma kinux qed ipoġġu l-fidi fih, 38 sabiex b’hekk twettqet il-kelma tal-profeta Isaija li qal: “Ġeħova, min poġġa l-fidi f’dak li nstemaʼ minna?+ U lil min ġie rivelat id-driegħ taʼ Ġeħova?”+ 39 Ir-raġuni għala ma setgħux jemmnu hi li Isaija qal ukoll: 40 “Hu għamielhom għajnejhom u webbsilhom qlubhom,+ biex ma jarawx b’għajnejhom u jifhmu bi qlubhom u jduru lura u jien infejjaqhom.”+ 41 Isaija qal dan għax ra l-glorja tiegħu+ u tkellem dwaru. 42 Xorta waħda, ħafna mill-ħakkiema wkoll poġġew il-fidi fih,+ imma minħabba l-Fariżej ma kinux jistqarruh, sabiex ma jitkeċċewx mis-sinagoga;+ 43 għax kienu jħobbu l-glorja tal-bnedmin saħansitra iktar mill-glorja t’Alla.+
44 Ġesù għajjat u qal: “Min ipoġġi l-fidi fija ma jpoġġix il-fidi fija biss, imma wkoll f’dak li bagħatni;+ 45 u min jara lili jara wkoll lil dak li bagħatni.+ 46 Jien ġejt bħala dawl fid-dinja,+ sabiex kulmin ipoġġi l-fidi fija ma jibqax fid-dlam.+ 47 Imma jekk xi ħadd jismaʼ kliemi u ma jħarsux, jien ma niġġudikahx; għax ma ġejtx biex niġġudika lid-dinja,+ imma biex insalva lid-dinja.+ 48 Min ma jagħtix kasi u ma jilqax kliemi hemm wieħed li jiġġudikah. Tkun il-kelma+ li għedt jien li tiġġudikah fl-aħħar jum; 49 għax ma tkellimtx minn jeddi, imma l-Missier li bagħatni, hu stess ordnali x’għandi ngħid u x’għandi nitkellem.+ 50 Ukoll, jien naf li l-kmand tiegħu jfisser ħajja taʼ dejjem.+ Għalhekk, dak li nitkellem nitkellmu skond kif qalhuli l-Missier.”+