Rumani
9 Jien qed ngħid il-verità+ fi Kristu; m’iniex qed nigdeb,+ ladarba l-kuxjenza tiegħi tixhed miegħi fl-ispirtu qaddis 2 li f’qalbi+ għandi niket kbir u wġigħ bla waqfien. 3 Għax nixtieq li jien stess kont mifrud mill-Kristu bħala l-misħut għan-nom taʼ ħuti,+ qrabati skond il-laħam,+ 4 li huma Israelin+ u li tagħhom huma l-adozzjoni bħala wlied+ u l-glorja+ u l-pattijiet+ u l-għoti tal-Liġi+ u s-servizz sagru+ u l-wegħdi;+ 5 li tagħhom huma l-missirijiet+ u li minnhom ħareġ il-Kristu skond il-laħam:+ ikun imbierek għal dejjem Alla,+ li hu fuq kollox u fuq kulħadd. Amen.
6 Madankollu, m’huwiex bħallikieku l-kelma t’Alla ma seħħitx.+ Għax mhux dawk kollha li joħorġu minn Israel huma tassew “Israel.”+ 7 Lanqas m’huma lkoll ulied+ għax huma nisel Abraham, imma: “Dak li jissejjaħ ‘nislek’ ikun permezz taʼ Iżakk.”+ 8 Jiġifieri, ulied il-laħam+ m’humiex tassew ulied Alla,+ imma wlied il-wegħda+ jitqiesu bħala n-nisel. 9 Għax il-kelma tal-wegħda kienet din: “F’dan iż-żmien niġi u Sara jkollha iben.”+ 10 U mhux f’dan il-każ biss, imma wkoll meta Rebekka ħarġet tqila b’tewmin+ minn missierna Iżakk: 11 għax meta kienu għadhom ma twildux u kienu għadhom m’għamlu xejn tajjeb jew ħażin,+ sabiex l-iskop t’Alla dwar l-għażla jibqaʼ jiddependi minn Dak li jsejjaħ+ u mhux mill-għemejjel, 12 intqalilha: “Il-kbir ikun l-ilsir taż-żgħir.”+ 13 Bħalma hu miktub: “Ħabbejt lil Ġakobb, imma bgħadt+ lil Għesaw.”
14 Allura, x’ngħidu? Li Alla+ hu inġust? Jalla qatt ma jiġri dan! 15 Għax lil Mosè jgħidlu: “Inħenn għal min inħenn, u nagħder lil min nagħder.”+ 16 Għalhekk, mela, ma jiddependix minn min jixtieq u lanqas minn min jiġri, imma minn Alla+ li jħenn.+ 17 Għax l-Iskrittura tgħid lill-Fargħun: “Għal dan l-istess skop ħallejtek tibqaʼ, biex permezz tiegħek nuri l-qawwa tiegħi u ismi jixxandar fl-art kollha.”+ 18 Għalhekk, mela, iħenn+ għal min irid hu, imma lil min irid hu jħallih isir stinat.+
19 Għaldaqstant int tgħidli: “Għala għadu jsib il-ħtija? Għax min waqfilha r-rieda tiegħu+ li kienet dikjarata b’mod ċar?” 20 O bniedem,+ int min int biex tirrispondi lil Alla?+ Tistaʼ l-ħaġa msawra tgħid lil min sawwarha, “Għala għamiltni hekk?”+ 21 Jaqaw il-fuħħari+ m’għandux awtorità fuq it-tafal biex mill-istess ċappa jagħmel reċipjent għal użu onorabbli u ieħor għal użu mhux onorabbli?+ 22 Issa, jekk Alla, għalkemm għandu r-rieda li juri l-korla tiegħu u jgħarraf il-qawwa tiegħu, ittollera b’ħafna sabar fit-tul ir-reċipjenti taʼ korla li jistħoqqilhom il-qerda,+ 23 sabiex jgħarraf ir-rikkezzi+ tal-glorja tiegħu lir-reċipjenti+ taʼ ħniena, li hu ħejja minn qabel għall-glorja,+ 24 jiġifieri, lilna, li sejħilna mhux biss minn fost il-Lhud imma wkoll minn fost il-ġnus,+ b’daqshekk x’ġara? 25 Hu bħalma jgħid ukoll f’Ħosea: “Insejjaħ ‘il-poplu tiegħi’ lil dawk li m’humiex il-poplu tiegħi,+ u ‘maħbuba’+ lil dik li ma kinitx maħbuba; 26 u fil-post fejn intqalilhom, ‘M’intomx il-poplu tiegħi,’ hemmhekk jissejħu ‘wlied l-Alla l-ħaj.’”+
27 Iktar minn hekk, Isaija jgħid b’leħen għoli dwar Israel: “Għalkemm l-għadd taʼ wlied Israel ikun daqs ir-ramel tal-baħar,+ hu l-fdal li jiġi salvat.+ 28 Għax Ġeħova jitlob kont minn dawk fuq l-art, u jwasslu sat-tmiem bla dewmien.”+ 29 Ukoll, bħalma Isaija qal minn qabel: “Kieku Ġeħova taʼ l-armati+ ma ħallilniex nisel, konna nsiru bħal Sodoma, u nintgħamlu bħal Gomorra.”+
30 Allura, x’ngħidu? Li n-nies tal-ġnus, għalkemm ma kinux qed jiġru wara l-ġustizzja, waslu sal-ġustizzja,+ il-ġustizzja li tiġi mill-fidi;+ 31 imma Israel, għalkemm ġera wara liġi tal-ġustizzja, ma wasalx sal-liġi.+ 32 Għala? Għax ma ġeriex warajha bil-fidi, imma bħallikieku setgħet tinkiseb bl-għemejjel.+ Huma tfixklu fil-“ġebla taʼ tfixkil”;+ 33 bħalma hu miktub: “Ara! Qed inqiegħed f’Sijon ġebla+ taʼ tfixkil u blata t’offiża,+ imma min ipoġġi l-fidi tiegħu fiha ma jkunx diżappuntat.”+