Rumani
8 Għalhekk, dawk li qegħdin f’unjoni maʼ Kristu Ġesù m’għandhomx kundanna.+ 2 Għax il-liġi+ taʼ dak l-ispirtu+ li jagħti l-ħajja+ f’unjoni maʼ Kristu Ġesù ħelsitkom+ mil-liġi tad-dnub u l-mewt.+ 3 Għax, dak li ma setgħetx tagħmel il-Liġi,+ minħabba li kienet dgħajfa+ permezz tal-laħam, għamlu Alla, billi bagħat lil Ibnu stess+ fix-xebh tal-laħam midneb+ biex ineħħi d-dnub.+ U b’hekk ikkundanna d-dnub fil-laħam, 4 biex il-ħtieġa ġusta tal-Liġi titwettaq+ fina li nimxu skond l-ispirtu+ u mhux skond il-laħam. 5 Għax dawk li huma f’armonija mal-laħam jixħtu moħħhom fuq l-affarijiet tal-laħam,+ imma dawk li huma f’armonija maʼ l-ispirtu fuq l-affarijiet taʼ l-ispirtu.+ 6 Għax li tkun moħħok fil-laħam ifisser mewt,+ imma li tkun moħħok fl-ispirtu+ jfisser ħajja u paċi; 7 għax li tkun moħħok fil-laħam ifisser għadwa+ m’Alla, għax il-laħam m’huwiex sottomess+ lejn il-liġi t’Alla, fil-fatt, lanqas ma jistaʼ jkun sottomess. 8 Għalhekk, dawk li huma f’armonija mal-laħam+ ma jistgħux jogħġbu lil Alla.
9 Madankollu, intom f’armonija maʼ l-ispirtu+ mhux mal-laħam, jekk l-ispirtu t’Alla verament jgħammar fikom.+ Imma jekk xi ħadd m’għandux l-ispirtu taʼ Kristu,+ dan m’huwiex taʼ Kristu. 10 Imma jekk Kristu hu f’unjoni magħkom,+ il-ġisem tabilħaqq hu mejjet minħabba d-dnub, imma l-ispirtu hu l-ħajja+ minħabba l-ġustizzja. 11 Issa, jekk l-ispirtu taʼ dak li qajjem lil Ġesù mill-imwiet jgħammar fikom, dak li qajjem lil Kristu Ġesù mill-imwiet+ se jagħmel ħaj+ ukoll, permezz taʼ l-ispirtu tiegħu li jgħammar fikom, lill-ġisem mortali tagħkom.
12 Għalhekk, mela, ħuti, m’aħniex obbligati lejn il-laħam biex ngħixu skond il-laħam;+ 13 għax jekk tgħixu skond il-laħam tmutu żgur;+ imma jekk bl-ispirtu tagħtu l-mewt+ lid-drawwiet tal-ġisem, tgħixu. 14 Għax dawk kollha li huma mmexxijin mill-ispirtu t’Alla huma wlied Alla.+ 15 Għax intom ma rċivejtux spirtu taʼ jasar li jerġaʼ jġib il-biżaʼ,+ imma rċivejtu spirtu+ t’adozzjoni+ bħala wlied; b’dan l-ispirtu aħna ngħajtu: “Abba,*+ Missier!” 16 L-ispirtu+ nnifsu jixhed+ maʼ l-ispirtu tagħna+ li aħna wlied Alla.+ 17 Mela, jekk aħna wlied, aħna wkoll werrieta: iva, werrieta t’Alla, imma werrieta+ bi sħab maʼ Kristu, dment li nsofru+ flimkien biex inkunu wkoll glorifikati flimkien.+
18 Għaldaqstant, jien tal-fehma li t-tbatijiet+ taʼ dan iż-żmien stabbilit m’huma xejn meta tqabbilhom mal-glorja+ li se tiġi rivelata fina. 19 Għax il-ħolqien+ qed jistenna+ bil-ħerqa li jiġu rivelati wlied Alla.+ 20 Għax il-ħolqien kien suġġettat għall-frugħa,+ mhux għax ried hu imma minħabba dak li ssuġġettah, bit-tama+ 21 li l-istess ħolqien+ ukoll jinħeles+ mill-jasar tat-taħsir u jkollu l-libertà glorjuża taʼ wlied Alla. 22 Għax aħna nafu li s’issa l-ħolqien kollu għadu jokrob u jħoss l-uġigħ flimkien. 23 Mhux hekk biss, imma anki aħna li għandna l-ewwel frott,+ jiġifieri, l-ispirtu, iva, aħna stess nokorbu+ fina nfusna, waqt li qed nistennew bil-ħerqa l-adozzjoni bħala wlied,+ li ninħelsu minn ġisimna bil-fidwa. 24 Għax konna salvati b’din it-tama,+ imma tama li tistaʼ taraha m’hijiex tama, għax kif jistaʼ bniedem li qed jara xi ħaġa jittama għaliha? 25 Imma jekk nittamaw+ għal xi ħaġa li ma narawhiex,+ nibqgħu nistennewha bis-sabar.+
26 Bl-istess mod, l-ispirtu+ wkoll jingħaqad biex jgħinna fid-dgħjufija tagħna;+ għax il-problema hi li ma nafux+ għalxiex għandna nitolbu kif hemm bżonn li nagħmlu, imma l-ispirtu+ nnifsu jitlob bil-ħniena għalina bi krib li ma jitlissinx. 27 Iżda dak li jfittex fil-qlub+ jaf x’inhi t-tifsira* taʼ l-ispirtu,+ għax dan qed jitlob bil-ħniena f’armonija m’Alla għall-qaddisin.+
28 Issa aħna nafu li Alla jġiegħel l-għemejjel kollha tiegħu+ jaħdmu id f’id għall-ġid taʼ dawk li jħobbu lil Alla, dawk imsejħin skond l-iskop tiegħu;+ 29 għax lil dawk li rrikonoxxa+ l-ewwel hu wkoll iddetermina minn qabel+ biex ikunu mfasslin+ fuq ix-xbieha+ taʼ Ibnu, sabiex dan ikun l-ewwel imwieled+ fost ħafna aħwa.+ 30 Iktar minn hekk, dawk li ddetermina minn qabel+ huma wkoll dawk li sejjaħ;+ u dawk li sejjaħ huma wkoll dawk li ddikjara ġusti.+ Fl-aħħarnett, dawk li ddikjara ġusti huma wkoll dawk li gglorifika.+
31 Allura, x’ngħidu għal dan? Jekk Alla hu favur tagħna, min se jkun kontra tagħna?+ 32 Hu li lanqas lil Ibnu+ stess ma ħelisha imma tah għalina lkoll,+ għala ma jagħtiniex miegħu wkoll b’qalb tajba l-affarijiet l-oħra kollha?+ 33 Min se jakkuża l-magħżulin+ t’Alla? Hu Alla li jiddikjarahom ġusti.+ 34 Min hu li se jikkundanna? Kristu Ġesù hu li miet, iva, anzi li ġie mqajjem mill-imwiet, li qiegħed fuq il-lemin+ t’Alla, u li wkoll jitlob bil-ħniena għalina.+
35 Min se jifridna mill-imħabba tal-Kristu?+ It-tribulazzjoni jew in-niket jew il-persekuzzjoni jew il-ġuħ jew l-għera jew il-periklu jew is-sejf?+ 36 Bħalma hu miktub: “Minħabba fik qed ningħataw il-mewt il-jum kollu, ġejna meqjusin bħala nagħaġ għall-qatla.”+ 37 Għall-kuntrarju, f’dan kollu qed noħorġu rebbiħin+ għalkollox permezz taʼ dak li ħabbna. 38 Għax jien konvint li la l-mewt, la l-ħajja,+ la l-anġli,+ la l-gvernijiet,+ la l-affarijiet t’issa, la l-affarijiet li għad iridu jiġu, la l-qawwiet,+ 39 la l-għoli u lanqas il-fond, u l-ebda ħolqien ieħor ma jistaʼ jifridna mill-imħabba t’Alla li hi fi Kristu Ġesù, il-Mulej tagħna.+