Rumani
2 Għalhekk, O bniedem,+ jekk tiġġudika+ m’għandek ebda skuża, int min int; għax meta tiġġudika lil ħaddieħor tkun qed tikkundanna lilek innifsek, għax waqt li qed tiġġudika+ qed tipprattika l-istess affarijiet.+ 2 Issa aħna nafu li l-ġudizzju t’Alla, li hu fi qbil mal-verità,+ hu kontra dawk li jipprattikaw dawn l-affarijiet.
3 Imma int, O bniedem,+ li tiġġudika lil dawk li jipprattikaw dawn l-affarijiet waqt li tagħmilhom int stess, għandek l-idea li se taħrab mill-ġudizzju t’Alla?+ 4 Jew tistmerr int ir-rikkezzi tal-qalb tajba+ u tat-tolleranza+ u tas-sabar fit-tul tiegħu,+ għax ma tafx li l-qalb tajba t’Alla qed tipprova twasslek għall-indiema?+ 5 Imma bl-ebusija+ u n-nuqqas taʼ ndiema taʼ qalbek+ qed taħżen għalik innifsek il-korla+ għal jum il-korla+ meta jiġi rivelat+ il-ġudizzju+ ġust t’Alla. 6 Għax hu jagħti lil kull wieħed skond għemilu:+ 7 ħajja taʼ dejjem lil min bis-sabar qed ifittex il-glorja, l-unur, u n-nuqqas taʼ taħsir+ f’għemil li hu tajjeb; 8 madankollu, għal min hu ġellied+ u ma jobdix il-verità+ imma jobdi l-inġustizzja jkun hemm korla u rabja,+ 9 tribulazzjoni u niket, għal kulmin jagħmel il-ħsara, l-ewwel il-Lhudi+ u mbagħad il-Grieg;+ 10 imma glorja u unur u paċi għal kulmin jagħmel it-tajjeb,+ l-ewwel il-Lhudi+ u mbagħad il-Grieg.+ 11 Għax Alla ma juri ebda parzjalità.+
12 Per eżempju, kulmin dineb mingħajr liġi jinqered ukoll mingħajr liġi;+ imma kulmin dineb taħt il-liġi+ jiġi ġudikat bil-liġi.+ 13 Għax mhux min jismaʼ l-liġi hu ġust quddiem Alla, imma min jagħmel+ il-liġi jiġi dikjarat ġust.+ 14 Għax kulmeta n-nies tal-ġnus+ li m’għandhomx liġi+ jagħmlu b’mod naturali l-affarijiet tal-liġi,+ dawn in-nies, għalkemm m’għandhomx liġi, huma liġi għalihom infushom. 15 Dawn juru li s-sustanza tal-liġi hi miktuba fi qlubhom,+ waqt li l-kuxjenza tagħhom+ qed tixhed magħhom u, fi ħsibijiethom stess, qed jiġu akkużati+ jew skużati. 16 Dan se jkun fil-jum meta Alla permezz taʼ Kristu Ġesù jiġġudika+ l-affarijiet sigrieti+ tal-bnedmin,+ skond l-aħbar tajba li nxandar.+
17 Issa, jekk int tissejjaħ+ Lhudi u qed tistrieħ fuq il-liġi+ u tħossok kburi b’Alla,+ 18 u taf ir-rieda tiegħu+ u tapprova dak li hu eċċellenti għax int mgħallem bil-fomm mil-Liġi;+ 19 u persważ li int gwida taʼ l-għomja,+ dawl għal min hu fid-dlam,+ 20 tikkoreġi lil min mhux raġunevoli,+ għalliem taċ-ċkejknin,+ u għandek il-qafas+ taʼ l-għarfien u tal-verità+ fil-Liġi— 21 int, mela, li tgħallem lil ħaddieħor, ma tgħallimx lilek innifsek?+ Int li tippriedka “Tisraqx,”+ tisraq int?+ 22 Int li tgħid “Tagħmilx adulterju,”+ tagħmel adulterju? Int li tesprimi stmerrija lejn l-idoli, tisraq+ mit-tempji? 23 Int li tħossok kburi bil-liġi, tiddiżonora lil Alla billi tikser il-Liġi?+ 24 Għax “l-isem t’Alla qed jiġi mkasbar minħabba fikom fost il-ġnus”;+ bħalma hu miktub.
25 Fil-fatt, iċ-ċirkonċiżjoni+ tkun taʼ benefiċċju biss jekk int tipprattika l-liġi;+ imma jekk tikser il-liġi, minn bniedem ċirkonċiż+ issir bniedem bla ċirkonċiżjoni.+ 26 Għalhekk, jekk bniedem mhux ċirkonċiż+ iħares il-ħtiġijiet+ ġusti tal-Liġi, għalkemm ma jkunx ċirkonċiż jitqies bħala ċirkonċiż, hux hekk?+ 27 U billi jwettaq il-Liġi, il-bniedem li mhux ċirkonċiż min-natura jiġġudika lilek+ li qed tikser il-liġi minkejja li għandek il-liġi miktuba u ċ-ċirkonċiżjoni. 28 Għax il-Lhudi m’huwiex dak li hu Lhudi minn barra,+ lanqas iċ-ċirkonċiżjoni m’hi dik li hi minn barra fil-laħam.+ 29 Imma l-Lhudi hu dak li hu Lhudi minn ġewwa,+ u ċ-ċirkonċiżjoni tiegħu hi dik fil-qalb+ bl-ispirtu, u mhux b’xi liġi miktuba.+ It-tifħir+ taʼ dan mhux ġej mill-bnedmin, imma minn Alla.+