Rumani
1 Pawlu, ilsir+ taʼ Ġesù Kristu u msejjaħ+ biex ikun appostlu,+ maħtur għall-aħbar tajba t’Alla,+ 2 li wegħedha minn qabel permezz tal-profeti+ tiegħu fl-Iskrittura mqaddsa, 3 dwar Ibnu, li skond il-laħam+ ġie minn nisel David,+ 4 imma skond l-ispirtu+ tal-qdusija ġie dikjarat Bin+ Alla b’qawwa+ permezz taʼ l-irxoxt mill-imwiet+—iva, Ġesù Kristu, il-Mulej tagħna, 5 li permezz tiegħu ntwerejna qalb tajba mhix mistħoqqa+ u rċivejna appostolat+ sabiex ikun hemm ubbidjenza bil-fidi minħabba ismu fost il-ġnus+ kollha, 6 li fosthom intom ukoll imsejħin biex tkunu taʼ Ġesù Kristu— 7 lil dawk kollha li qegħdin Ruma bħala l-maħbubin t’Alla, imsejħin+ biex ikunu qaddisin:+
Qalb tajba mhix mistħoqqa u paċi+ lilkom mingħand Alla Missierna u l-Mulej Ġesù Kristu.+
8 L-ewwelnett, nirringrazzja+ lil Alla tiegħi permezz taʼ Ġesù Kristu għalikom ilkoll, għax fid-dinja kollha qed jitkellmu+ fuq il-fidi tagħkom. 9 Alla, li bl-ispirtu tiegħi nagħtih servizz sagru bl-aħbar tajba dwar Ibnu, hu x-xhud tiegħi+ li jien bla heda dejjem insemmikom fit-talb tiegħi,+ 10 u nitolbu bil-ħniena biex issa, jekk inhu possibbli, fl-aħħar ir-rieda+ t’Alla tiffavurini biex niġi għandkom. 11 Għax għandi xewqa kbira li narakom,+ biex nagħtikom xi għotja spiritwali+ sabiex tissodaw; 12 jew, pjuttost, biex ninkuraġġixxu+ lil xulxin bil-fidi tagħna,+ intom lili u jien lilkom.
13 Imma ma rridkomx ma tkunux tafu, ħuti,+ li kemm-il darba kelli f’moħħi li niġi għandkom+ sabiex anki fostkom nikseb xi frott+ bħalma ksibt fost il-bqija tal-ġnus, imma s’issa ġejt imfixkel. 14 Jien midjun kemm lejn il-Griegi u kemm lejn il-Barbari, kemm lejn l-għorrief+ u kemm lejn il-boloh; 15 għalhekk, jien ħerqan li nxandar l-aħbar tajba+ lilkom ukoll li qegħdin Ruma.+ 16 Jien ma nistħix+ minħabba l-aħbar tajba; fil-fatt, hi l-qawwa+ t’Alla għas-salvazzjoni taʼ kulmin għandu l-fidi,+ l-ewwel+ tal-Lhudi u mbagħad tal-Grieg;+ 17 għax fiha l-ġustizzja+ t’Alla qed tiġi rivelata minħabba l-fidi+ u dan ikattar il-fidi, bħalma hu miktub: “Imma l-ġust jgħix permezz tal-fidi.”+
18 Il-korla+ t’Alla qed tiġi rivelata mis-sema kontra kull nuqqas taʼ devozzjoni u kull inġustizzja+ tal-bnedmin li qed joħonqu l-verità+ b’mod inġust,+ 19 għax dak li jistaʼ jkun magħruf dwar Alla jidher fosthom,+ peress li Alla għamlu evidenti għalihom.+ 20 Il-kwalitajiet inviżibbli tiegħu,+ jiġifieri, il-qawwa+ eterna u d-Divinità tiegħu,+ kienu jidhru ċar mill-ħolqien tad-dinja ’l quddiem,+ għax jintgħarfu mill-affarijiet li nħolqu,+ u b’hekk ma jistgħux iġibu skuża.+ 21 Għalkemm kienu jafu lil Alla, ma gglorifikawhx bħala Alla u lanqas irringrazzjawh,+ imma bdew jirraġunaw bla sens+ u qalbhom iddallmet+ għax ma kellhiex intelliġenza. 22 Għalkemm insistew li kienu għorrief, saru boloh+ 23 u bidlu l-glorja+ taʼ l-Alla li ma jitħassarx maʼ xi ħaġa bħax-xbieha+ tal-bniedem li jitħassar u taʼ l-għasafar u tal-ħlejjaq b’erbaʼ saqajn u taʼ l-annimali li jitkaxkru.+
24 Għalhekk Alla, fi qbil max-xewqat taʼ qlubhom, telaqhom għan-nuqqas taʼ ndafa,+ sabiex jiddiżonoraw+ lil ġisimhom+ stess, 25 dawk li bidlu l-verità+ t’Alla mal-gidba+ u qiemu u taw servizz sagru lill-ħolqien minflok lill-Ħallieq, li hu mbierek għal dejjem. Amen. 26 Huwa għalhekk li Alla telaqhom għal aptiti sesswali t’għajb,+ għax in-nisa tagħhom bidlu l-użu naturali taʼ ġisimhom stess f’wieħed kontra n-natura;+ 27 u bl-istess mod anki l-irġiel telqu l-użu naturali tal-mara+ u xegħlu b’passjoni qawwija għal xulxin, raġel maʼ raġel,+ jagħmlu dak li hu oxxen+ u jirċievu fihom infushom il-ħlas sħiħ+ li kien ħaqqhom għall-iżball tagħhom.+
28 U bħalma m’għoġobhomx li jkollhom għarfien+ eżatt dwar Alla, Alla telaqhom għal stat mentali diżapprovat,+ biex jagħmlu dak li mhux xieraq,+ 29 mimlijin b’kull inġustizzja,+ aġir mill-agħar,+ regħba,*+ ħażen,+ kollhom għira,+ qtil,+ ġlied,+ qerq,+ taʼ natural malizzjuż,+ iħobbu jfesfsu,+ 30 jgħidu bin-nies,+ jobogħdu lil Alla, insolenti,+ suppervi,+ minfuħin bihom infushom,+ jivvintaw il-ħsara,+ ma jobdux lill-ġenituri,+ 31 ma jifhmux,+ ma jżommux kelmithom,+ m’għandhomx imħabba naturali,+ bla ħniena.+ 32 Għalkemm dawn jafu tajjeb id-digriet ġust t’Alla,+ li dawk li jipprattikaw dawn l-affarijiet jistħoqqilhom il-mewt,+ huma mhux biss jibqgħu jagħmluhom imma wkoll jaqblu+ maʼ dawk li jipprattikawhom.