LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w91 6/1 pp. 5-7
  • Għala dan id-Dewmien Biex Tissetilja l-Kwistjoni?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Għala dan id-Dewmien Biex Tissetilja l-Kwistjoni?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Żmien Meħtieġ Biex Jiġu Ssetiljati Kwistjonijiet Vitali
  • Tiġi Solvuta l-​Kwistjoni
  • Il-​Kwistjoni l-​Kbira u Int
  • Il-Kwistjoni li Lkoll Kemm Aħna Rridu Niffaċċjaw
    Qim lill-Uniku Alla Veru
  • Is-Sovranità taʼ Ġeħova u s-Saltna t’Alla
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • Għala l-Ħażen Għadu Jeżisti
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • Allat Krudili tal-Bnedmin
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
w91 6/1 pp. 5-7

Għala dan id-Dewmien Biex Tissetilja l-Kwistjoni?

MADWAR 6,000 ilu, ma kien hemm ebda kwistjoni dwar is-​sovranità t’Alla. Meta tlestew ix-​xogħlijiet tal-​għaġeb tiegħu taʼ ħolqien, “Alla ra kull ħaġa li kien għamel u, ħares! kienet tajba ħafna.” (Ġenesi 1:31) Hu mbagħad daħal f’perijodu twil taʼ “mistrieħ”; naturalment, mhux għax kien għajjien fiżikament. Minflok, hu straħ fis-​sens li hu kien waqqaf ix-​xogħlijiet kreattivi tiegħu fuq l-​art, billi kien fiduċjuż li l-​għan tajjeb tiegħu rigward dawn kellu jkun suċċess komplut.—Ġenesi 2:1-3; Isaija 55:11.

X’kien dak il-​għan? Jehovah poġġa l-​ewwel koppja umana f’post imsejjaħ il-​ġnien taʼ Għeden. L-​ewwel responsabbiltà li kellhom kienet biex jieħdu ħsieb id-​dar ġenna tagħhom, inklużi l-​varjetà kbira taʼ annimali. Ukoll, huma kellhom iġibu t-​tfal fid-​dinja u jieħdu ħsiebhom. Maż-​żmien, hekk kif il-​familja tagħhom kibret, kellhom jestendu l-​Ġenna sat-​trufijiet tal-​art b’ubbidjenza lejn il-​kmand t’Alla biex ‘irażżnu l-​art.’ B’hekk, l-​art kellha eventwalment tkun dar meraviljuża, mimlija b’familja ferħana u magħquda li jaqdu lil Missierhom tas-​sema. Dak kien il-​għan oriġinali t’Alla.—Ġenesi 1:27, 28; 2:8, 15, 20-22.

Kellhom Adam u Eva jieħdu sehem f’li jwettqu dan il-​għan grandjuż sat-​tmiem tiegħu? Dak kien jiddependi fuq li huma jkomplu jikkooperaw miegħu billi jobdu l-​Ħallieq tagħhom. L-​ubbidjenza tagħhom ma kinetx għamja, bla ħsieb. Huma ġew maħluqa liberi li jagħżlu, għax Alla riedhom jaqduh b’qalb mimlija apprezzament. Bħala tfakkira viżibbli tad-​dritt tas-​sovranità tiegħu, hu provda prova sempliċi. Setgħu jieħdu minn kwalunkwe provvediment fil-​ġnien ħlief wieħed. Kien hemm siġra tal-​frott li dwarha Alla qal: “Fil-​jum li tiekol minnha int żgur se tmut.”−Ġenesi 2:16, 17.

Dawn il-​kelmiet juruna li Adam u Eva ma kinux maħluqin biex jixjieħu u jmutu. Il-​mewt kellha tiġi biss jekk huma ma jobdux dan il-​kmand sempliċi. Li kieku Adam u Eva baqgħu ubbidjenti lejn Alla, huma kienu jkunu għadhom ħajjin fuq l-​art illum bħala ġenituri taʼ familja taʼ nisel perfett mifruxin mad-​dinja kollha.—Ara l-​prinċipju mistqarr f’​Salm 37:29.

Madankollu, wieħed mill-​ħlejjaq anġeliċi t’Alla, issa msejjaħ Satana, beda jikkritika l-​mod kif imexxi Alla. Hu ħeġġeġ lil Eva biex tiekol mill-​frott ipprojbit, billi b’mod qarrieq issuġġerixxa li billi tkun indipendenti mis-​sovranità t’Alla, kellha tkun aħjar. Il-​veru mottiv taʼ Satana, iżda, kien xewqa li jkun l-​alla tal-​familja prospettiva tal-​bnedmin.—Ġenesi 3:1-5; Mattew 4:8, 9; Ġwann 8:44.

Ladarba Jehovah kien ta lill-​ewwel koppja umana kulma kienu jinħtieġu, Eva kien imissha żammet mas-​sovranità tiegħu u rrifjutat s-​suġġeriment giddieb taʼ Satana. B’mod traġiku, iżda, hi qabdet u kisret il-​liġi t’Alla. Wara, Adam għażel li jingħaqad maʼ martu fil-​korsa mhix għaqlija tagħha. B’hekk dik il-​koppja minn jeddhom, kif ukoll Satana, irvellaw kontra Alla, u qamet il-​kwistjoni tas-​sovranità divina.—Ġenesi 3:6.

Żmien Meħtieġ Biex Jiġu Ssetiljati Kwistjonijiet Vitali

Jehovah setaʼ qered lit-​tliet ribelli dak inhar stess. Imma dak ma kienx ikun issetilja b’mod konklussiv il-​mistoqsijiet li ġew imqajmin minħabba l-​irvell tagħhom. Jistaʼ l-​bniedem jaħkem lilu nnifsu b’suċċess mingħajr Alla? Kien ġust Alla li jitlob sottomissjoni għas-​sovranità tiegħu? Barra minn hekk, meta tqis kif ġabet ruħha l-​ewwel koppja, kien se jkun hemm xi bnedmin li mingħajr egoiżmu jagħżlu li jaqdu lil Alla minn jeddhom—saħansitra anki meta jiġu ttestjati minn Satana? (Ġob 1:7-11; 2:4) Kien se jieħu ż-​żmien biex jitwieġbu dawn il-​mistoqsijet. Kien se jieħu ż-​żmien, ukoll, biex jintrebħu l-​effetti taʼ dak l-​irvell oriġinali u jitwettaq il-​għan t’Alla biex jagħmel l-​art ġenna mimlija b’razza taʼ bnedmin mingħajr dnub. Ahna għadna qed nistennew is-​soluzzjoni finali taʼ dawn il-​kwistjonijiet.

Fi qbil mal-​liġi tiegħu, Alla ħa lura mingħand Adam u Eva l-​privileġġ taʼ li jgħixu għal dejjem. Ma kinux iktar denji li jieħdu sehem fit-​twettieq tal-​għan kbir tiegħu. Madankollu, qabel ma mietu, huma kienu mħollijin jipproduċu u jrabbu nisel. Veru, Adam u Eva ma setgħux iktar igħaddu lin-​nisel tagħhom ħajja vibranti u bla dnub. (Rumani 5:12) Imma saħansitra għalkemm il-​ġenerazzjonijiet li ġew wara kienu mweldin imperfetti u ddestinati li jmutu, ħafna individwi kellhom l-​opportunità li juru kif kienu jaħsbuha dwar il-​kwistjoni l-​kbira tas-​sovranità.

Tiġi Solvuta l-​Kwistjoni

Alla kif se jsolvi dawn il-​kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mas-​sovranità tiegħu? F’ċertu sens il-​mistoqsijiet li qamu lura f’Għeden ġew issa mweġbin. Eluf taʼ snin taʼ storja umana wrew b’uġigħ kbir li l-​allegazzjoni taʼ Satana li Eva kienet se tkun aħjar jekk tkun indipendenti minn Alla kienet gidba. Il-​ħakma umana li tinjora lil Alla kienet falliment kontinwu. Bħalma tgħid il-​Bibbja: “Ragel iddomina raġel bi ħsara għalih.”−Ekkleżjasti 8:9.

Mill-banda l-​oħra, ħafna affarijiet tajbin ġew iddokumentati matul is-​snin twal minn mindu dinbu Adam u Eva. Ħafna mill-​bnedmin urew imħabba li ma tinkisirx għas-​sovranità taʼ Jehovah, l-​iktar eżempju li jispikka kien “Bin il-​bniedem,” Ġesù Kristu nnifsu. (Mattew 20:18; Ebrej 11:1-12:3) Dawk li segwew il-​liġijiet t’Alla u għarfu s-​sovranità tiegħu sabu li din verament hija l-​aħjar triq. Huma ġarrbu l-​verità tal-​proverbju: “Il-​barka taʼ Jehovah—dik hi li tagħmel għani, u hu ma jżid ebda wġigħ magħha.” (Proverbji 10:22) Barra minn hekk, grazzi għall-​provvediment tal-​irxoxt, huma eventwalment se jkollhom sehem fit-​twettieq tal-​għan grandjuż t’Alla.—Ġwann 5:28, 29.

Jehovah ma nesiex l-​għan oriġinali tiegħu. Dawk li jirrifjutaw is-​sovranità tiegħu mhux se jiġu mħollija jiddominaw l-​art għal dejjem, u l-​Bibbja twissi li dalwaqt Alla se jaġixxi kontra tagħhom. Naqraw: “Il-​korla t’Alla qed tiġi rrivelata mis-​sema kontra kull nuqqas taʼ tjieba.” (Rumani 1:18) Din l-​espressjoni tal-​qilla t’Alla li ġejja, li l-​Bibbja ssejjaħ Armageddon, mingħajr dubju se turi li hu tabilħaqq jeżisti. Dawk biss li jaċċettaw is-​sovranità tiegħu se jsalvaw minn dik il-​ġrajja. “Id-​dritti huma dawk li se jgħammru fuq l-​art, u taʼ bla ħtija huma dawk li se jitħallew jibqgħu fiha. Inkwantu għal dawk mill-​agħar, huma se jinqatgħu mill-​istess art.”—Proverbji 2:21, 22.

Il-​Kwistjoni l-​Kbira u Int

Meta nqisu dawn il-​fatti, kull wieħed minna—bħal Adam u Eva—irid jagħmel għażla. Se nipprovaw ingħixu b’mod indipendenti minn Alla? Jew se nissottomettu rwieħna għas-​sovranità tiegħu? Ftakar, din hija l-​iktar kwistjoni vitali li qed tiffaċċjak illum. Kwistjonijiet oħra, jidhru kemm jidhru importanti, għandhom x’jaqsmu mal-​ħajja preżenti tiegħek. Din għandha x’taqsam mal-​ħajja taʼ dejjem. Id-​deċiżjoni li tagħmel se teffettwa l-​futur etern tiegħek.

Kif tistaʼ turi li int taċċetta s-​sovranità t’Alla? Billi b’mod ħabrieki tistudja l-​Kelma tiegħu, il-​Bibbja, u tfittex li tobdi r-​rieda tiegħu flimkien maʼ Kristjani veri oħra. (Sofonija 2:2, 3) Jekk tagħmel hekk, int se jkollok it-​tama ferriħija li tara t-​twettieq tal-​għan grandjuż t’Alla. Int se tara t-​twettieq taʼ din il-​wegħda meraviljuża: “Ftit ieħor biss, u l-​wieħed mill-​agħar mhux se jkun iżjed . . . Imma l-​ġwejdin infushom se jkollhom pussess tal-​art, u huma tabilħaqq se jsibu l-​għaxqa bnina tagħhom fl-​abbundanza taʼ paċi.” (Salm 37:10, 11) X’final tal-​għaġeb għal dawk kollha li jissottomettu rwieħhom għas-​sovranità t’Alla! X’raġuni qawwija biex tiddeċiedi bil-​għaqal f’din il-​kwistjoni tal-​akbar importanza!

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja