LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w94 11/1 p. 19
  • Allat Krudili tal-Bnedmin

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Allat Krudili tal-Bnedmin
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
  • Materjal Simili
  • Alla Għala Jippermetti s-Sofferenza?
    Għarfien Li Jwassal Għall-Ħajja Taʼ Dejjem
  • Għala l-Ħażen Għadu Jeżisti
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • Għala Jiġru Affarijiet Ħżiena, u n-Nies Għala Jbatu?
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
  • Faraġ għal Dawk li Jsofru
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
w94 11/1 p. 19

Allat Krudili tal-​Bnedmin

ALLAT tal-​qedem spiss kienu mpinġijin bħala għatxana għad-​demm u b’xenqiet sesswali bla rażan. Biex jikkwitawhom, ġenituri saħansitra ħarqu lil uliedhom ħajjin fin-​nirien. (Dewteronomju 12:31) Fl-​estrem l-​ieħor, filosfi pagani għallmu li Alla kien mingħajr sentimenti bħalma huma r-​rabja jew il-​ħasra.

Il-veduti mnebbħin mid-​demonji taʼ dawn il-​filosfi influwenzaw lill-​poplu t’Alla taʼ l-​isem, il-Lhud. Il-​filosfu Lhudi Filo, kontemporanju taʼ Ġesù, sostna li Alla “assolutament m’hu suxxettibbli għal kwalunkwe passjoni.”

Lanqas is-​setta stretta Lhudija tal-​Fariżej ma skappat l-​influwenza tal-​filosofija Griega. Huma addottaw it-​tagħlim taʼ Plato li l-​bniedem hu magħmul minn ruħ immortali maqbuda ġewwa ġisem uman. Iktar minn hekk, skond il-​kittieb taʼ l-​istorja taʼ l-​ewwel seklu Josefus, il-​Fariżej emmnu li l-​erwieħ tan-​nies il-​ħżiena “jsofru kastig etern.” Il-​Bibbja, madankollu, ma tagħtix bażi għal ħarsa bħal din.​—Ġenesi 2:7; 3:19; Ekkleżjasti 9:5; Eżekjel 18:4.

Xi ngħidu għas-​segwaċi taʼ Ġesù? Ħallew lilhom infushom jiġu influwenzati minn filosofija pagana? Billi għaraf dan il-​periklu, l-​appostlu Pawlu wissa lil sħabu l-​Kristjani: “Attenti: forsi jistaʼ jkun hemm xi ħadd li se jġorrkom lil hemm bħala l-​priża tiegħu permezz tal-​filosofija u qerq vojt skond it-​tradizzjoni tal-​bnedmin, skond l-​affarijiet elementari tad-​dinja u mhux skond Kristu.”—Kolossin 2:8; ara wkoll 1 Timotew 6:20.

B’niket, numru taʼ indokraturi Kristjani taʼ l-​isem tat-​tieni u t-​tielet seklu injoraw dik it-​twissija u għallmu li Alla m’għandux sentimenti. The Encyclopedia of Religion tistqarr: “Fil-​maġġor parti, l-​attributi t’Alla kienu mifhumin ħafna bħalma kienu misħuqin fil-​ħsieb Lhudi u filosofiku taʼ dak iż-​żmien . . . L-​idea li Alla l-​Missier setaʼ jkollu sentimenti bħalma hija l-​ħasra . . . kienet ġeneralment meqjusa bħala inaċċettabbli taʼ l-​inqas sa tard fis-​seklu għoxrin.”

B’hekk, il-​Kristjaneżmu addotta t-​tagħlim falz taʼ alla krudil li jikkastiga lill-​midinbin billi jġegħilhom isofru turment konxju għal dejjem. Min-​naħa l-​oħra, Alla Jehovah jistqarr b’mod ċar fil-​Kelma tiegħu, il-​Bibbja, li “l-​ħlas li d-​dnub iħallas huwa l-​mewt,” mhux turment etern konxju.—Rumani 6:23.

[Sors taʼ l-​Istampa f’paġna 19]

Fuq: Acropolis Museum, il-​Greċja

[Sors taʼ l-​Istampi f’paġna 19]

Bil-​kortesija taʼ The British Museum

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja