Mattew
23 Imbagħad Ġesù kellem lill-folol u lid-dixxipli tiegħu+ u qalilhom: 2 “L-iskribi+ u l-Fariżej qagħdu fuq is-siġġu taʼ Mosè.+ 3 Għalhekk, kulma jgħidulkom+ agħmluh u osservawh, imma tagħmlux bħalhom,+ għax ma jagħmlux dak li jgħidu. 4 Huma jorbtu tagħbijiet tqal u jpoġġuhom fuq spallejn il-bnedmin,+ imma m’humiex lesti li jċaqalquhom b’sebagħhom.+ 5 Kulma jagħmlu jagħmluh għal għajn in-nies;+ għax ikabbru l-filatteri* tagħhom+ u jtawlu l-freneż+ taʼ lbieshom. 6 Iħobbu l-iktar post prominenti+ fl-ikliet taʼ fil-għaxija u s-siġġijiet taʼ quddiem fis-sinagogi,+ 7 u t-tislim+ fis-swieq u li jissejħu Rabbi* min-nies.+ 8 Imma intom tissejħux Rabbi, għax wieħed hu l-għalliem tagħkom,+ filwaqt li intom ilkoll aħwa. 9 Barra minn hekk, issejħu lil ħadd missierkom fuq l-art, għax wieħed hu Missierkom,+ Dak tas-sema. 10 U tissejħux ‘mexxejja,’+ għax wieħed hu l-Mexxej tagħkom, il-Kristu. 11 Imma l-akbar wieħed fostkom għandu jkun il-qaddej tagħkom.+ 12 Kulmin jitgħolla jiġi umiljat,+ u kulmin jumilja ruħu jitgħolla.+
13 “Gwaj għalikom, skribi u Fariżej, ipokriti! Għax tagħlqu+ s-saltna tas-smewwiet għall-bnedmin; għax intom+ ma tidħlux, u lanqas tħallu jidħol lil min ikun dieħel. 14* ——
15 “Gwaj għalikom, skribi u Fariżej, ipokriti!+ Għax taqsmu l-baħar u l-art biex tikkonvertu bniedem wieħed, u meta jikkonverti tagħmluh bniedem li jistħoqqlu jmur Geħenna* darbtejn iktar minnkom.
16 “Gwaj għalikom, gwidi għomja,+ li tgħidu, ‘Jekk xi ħadd jaħlef bit-tempju, m’hu xejn; imma jekk xi ħadd jaħlef bid-deheb tat-tempju, ikun obbligat li jwettaq il-ħalfa.’+ 17 Boloh u għomja! Fil-fatt, x’inhu l-akbar, id-deheb jew it-tempju li qaddes id-deheb?+ 18 Ukoll, ‘Jekk xi ħadd jaħlef bl-artal, m’hu xejn; imma jekk xi ħadd jaħlef bl-għotja taʼ fuqu, ikun obbligat li jwettaq il-ħalfa.’ 19 Għomja! Fil-fatt, x’inhu l-akbar, l-għotja jew l-artal+ li jqaddes l-għotja? 20 Għalhekk, min jaħlef bl-artal qed jaħlef bih u b’kulma hemm fuqu; 21 u min jaħlef bit-tempju qed jaħlef bih u b’dak li qed jgħammar fih;+ 22 u min jaħlef bis-sema qed jaħlef bit-tron t’Alla+ u b’dak li qiegħed bil-qiegħda fuqu.
23 “Gwaj għalikom, skribi u Fariżej, ipokriti! Għax tagħtu l-għexur+ tan-nagħniegħ u l-bużbież u l-kemmun, imma injorajtu l-affarijiet li huma iktar importanti fil-Liġi, jiġifieri, il-ġustizzja+ u l-ħniena+ u l-fedeltà.+ Dawn l-affarijiet kontu obbligati tagħmluhom waqt li ma tinjorawx l-affarijiet l-oħra. 24 Gwidi għomja,+ li ssaffu nemusa+ u tibilgħu ġemel!+
25 “Gwaj għalikom, skribi u Fariżej, ipokriti! Għax tnaddfu t-tazza+ u l-platt minn barra, imma minn ġewwa mimlijin serq+ u nuqqas taʼ moderazzjoni. 26 Fariżew agħma!+ Naddaf l-ewwel it-tazza+ u l-platt minn ġewwa, imbagħad barra jindaf ukoll.
27 “Gwaj għalikom, skribi u Fariżej, ipokriti!+ Għax qiskom oqbra mbajda,+ li minn barra veru jidhru sbieħ imma minn ġewwa mimlijin bl-għadam taʼ nies mejtin u b’kull nuqqas taʼ ndafa. 28 Bl-istess mod intom ukoll, minn barra veru tidhru nies sewwa f’għajnejn ħaddieħor,+ imma minn ġewwa mimlijin ipokrisija u ksur tal-liġi.
29 “Gwaj għalikom, skribi u Fariżej, ipokriti!+ Għax tibnu l-oqbra tal-profeti u żżejnu l-oqbra tat-tifkira tan-nies sewwa,+ 30 u tgħidu, ‘Kieku għexna fi żmien missirijietna ma konniex nieħdu sehem magħhom fit-tixrid taʼ demm il-profeti.’+ 31 Għalhekk, qed tixhdu kontra tagħkom infuskom li intom ulied dawk li qatlu lill-profeti.+ 32 Mela, temmu+ dak li bdew missirijietkom.
33 “Ja sriep, nisel il-lifgħat,+ kif se taħarbu mill-ġudizzju taʼ Geħenna?+ 34 Minħabba f’hekk, qed nibagħtilkom+ profeti, għorrief, u nies li jgħallmu fil-pubbliku.+ Xi wħud minnhom toqtluhom+ u ssammruhom maʼ zokk, u oħrajn issawtuhom+ fis-sinagogi tagħkom u tippersegwitawhom minn belt għal oħra; 35 biex jiġi fuqkom id-demm kollu tan-nies sewwa mxerred fuq l-art,+ mid-demm t’Abel,+ li kien raġel sewwa,+ sad-demm taʼ Żakkarija bin Barakija, li qtiltuh bejn is-santwarju u l-artal.+ 36 Tassew ngħidilkom, Dan kollu jiġi fuq din il-ġenerazzjoni.+
37 “Ġerusalemm, Ġerusalemm, il-qattiela tal-profeti+ u l-ħaġġara+ taʼ dawk li ntbagħtulha!+ Kemm-il darba ridt niġbor lil uliedek flimkien, kif qroqqa tiġbor il-flieles tagħha taħt ġwinħajha!+ Imma intom dan ma ridtuhx.+ 38 Ara! Darkom+ mitluqa f’idejkom.+ 39 Għax ngħidilkom, Minn issa ’l quddiem żgur ma tarawnix sakemm tgħidu, ‘Imbierek dak li jiġi f’isem Ġeħova!’”+