Ekkleżjasti
1 Kliem il-kongregatur,+ bin David, is-sultan f’Ġerusalemm.+ 2 “L-akbar frugħa!”+ qal il-kongregatur, “l-akbar frugħa! Kollox frugħa!”+ 3 Xi qligħ għandu bniedem mix-xogħol iebes kollu li jitħabat fih+ taħt ix-xemx?*+ 4 Ġenerazzjoni sejra,+ u ġenerazzjoni ġejja;+ imma l-art tibqaʼ wieqfa għal dejjem.*+ 5 U x-xemx ukoll iddiet, u x-xemx niżlet,+ u ġejja tilheġ f’postha minfejn se tiddi.+
6 Ir-riħ sejjer lejn in-nofsinhar, u qed idur lejn it-tramuntana.+ Jibqaʼ jdur u jdur,+ u jerġaʼ lura għat-tidwir tiegħu.+
7 Il-widien taʼ l-ilma+ kollha sejrin lejn il-baħar,+ iżda l-baħar ma jimteliex.+ Il-widien taʼ l-ilma sejrin lura minfejn ħerġin, biex jerġgħu joħorġu minn hemmhekk.+ 8 Kollox iġib l-għeja;+ ħadd m’hu kapaċi jiddeskrivi dan kollu. L-għajn ma tixbax tara,+ lanqas il-widna ma timtela bis-smigħ.+ 9 Dak li kien diġà hu dak li se jerġaʼ jkun;+ u dak li sar diġà hu dak li se jerġaʼ jsir; u għalhekk m’hemm xejn ġdid taħt ix-xemx.+ 10 Teżisti xi ħaġa li dwarha jistaʼ jingħad: “Ara, din ġdida”? Diġà ilha teżisti minn żmien twil ilu;+ dak li beda jeżisti ġej miż-żmien taʼ qabilna.+ 11 M’hemm l-ebda tifkira tan-nies taʼ qabel, u lanqas se jkun hemm taʼ dawk li jiġu warajhom.+ Lanqas taʼ dawn ma se jkun hemm tifkira fost dawk li għad jiġu iktar ’il quddiem.+
12 Jien, il-kongregatur, sirt sultan taʼ Israel f’Ġerusalemm.+ 13 U stinkajt b’qalbi kollha biex infittex u nifli l-għerf+ f’kulma sar taħt is-smewwiet—kull attività li ġġib l-għali illi Alla ta lil ulied il-bnedmin biex ikunu okkupati biha.+ 14 Rajt l-għemejjel kollha li saru taħt ix-xemx,+ u, ara, kollox kien frugħa u ġiri wara r-riħ.+
15 Dak li hu mgħawweġ ma jistax jiġi drittat,+ u dak li hu nieqes ma jistax jingħadd. 16 Jien, iva, jien, għedt f’qalbi:+ “Ara! Jien kattart l-għerf tiegħi ferm iktar minn kulmin ġie qabli f’Ġerusalemm,+ u qalbi rat ħafna għerf u għarfien.”+ 17 Imbagħad stinkajt b’qalbi kollha biex insir naf l-għerf u nsir naf il-ġenn,+ u sirt naf il-bluha;+ dan ukoll huwa ġiri wara r-riħ.+ 18 Għax fejn hemm ħafna għerf hemm ħafna dwejjaq,+ u b’hekk min iżid l-għarfien iżid l-uġigħ.+