Lhud
4 Għalhekk, la baqaʼ l-wegħda taʼ dħul fil-mistrieħ tiegħu,+ ara li ma jmurx xi darba xi ħadd minnkom jidher li naqas minnha.+ 2 Għax aħna kellna l-aħbar tajba mxandra lilna wkoll,+ saħansitra bħalma kellhom huma;+ imma l-kelma li semgħu ma switilhomx taʼ ġid,+ għax ma kellhomx l-istess fidi+ bħal dawk li semgħu.+ 3 Għax aħna li eżerċitajna l-fidi nidħlu fil-mistrieħ, bħalma qal: “Għalhekk, ħlift+ fir-rabja tiegħi, ‘Ma jidħlux+ fil-mistrieħ tiegħi,’”+ għalkemm l-għemejjel tiegħu tlestew+ sa mit-tisjis tad-dinja.+ 4 Għax f’post wieħed qal dwar is-sebaʼ jum dan li ġej: “U Alla straħ fis-sebaʼ jum mill-għemejjel kollha tiegħu,”+ 5 u jerġaʼ f’dan il-post qal: “Ma jidħlux fil-mistrieħ tiegħi.”+
6 Għalhekk, peress li għad hemm l-iskop li xi wħud jidħlu fih, u dawk li kienu l-ewwel li xxandritilhom l-aħbar tajba+ ma daħlux minħabba d-diżubbidjenza,+ 7 hu jerġaʼ jistabbilixxi ċertu jum billi, wara żmien daqshekk twil, fis-salm taʼ David jgħid “Illum”; bħalma ntqal hawn fuq: “Jekk illum tisimgħu leħnu,+ twebbsux qlubkom.”+ 8 Għax kieku Ġożwè+ daħħalhom f’post taʼ mistrieħ,+ Alla ma kienx iktar tard jitkellem+ dwar jum ieħor. 9 Għalhekk, baqaʼ mistrieħ tas-Sabat* għan-nies t’Alla.+ 10 Għax il-bniedem li daħal fil-mistrieħ+ t’Alla wkoll straħ mill-għemejjel tiegħu stess,+ bħalma Alla straħ minn tiegħu.
11 Għalhekk, ħa nagħmlu l-almu tagħna biex nidħlu f’dak il-mistrieħ, li ma jmurx xi ħadd jaqaʼ fl-istess mudell taʼ diżubbidjenza.+ 12 Għax il-kelma+ t’Alla hi ħajja+ u qawwija+ u taqtaʼ iktar minn sejf b’żewġt ixfar+ u tinfed tant li tifred ir-ruħ+ u l-ispirtu,+ u l-ġogi u l-mudullun tagħhom, u tistaʼ tagħraf il-ħsibijiet u l-intenzjonijiet tal-qalb.+ 13 U m’hemm l-ebda ħolqien li hu moħbi quddiemu,+ imma kollox hu għeri u mikxuf beraħ quddiem dak li rridu nagħtuh kont.+
14 Għalhekk, ladarba għandna qassis il-kbir grandjuż li għadda mis-smewwiet,+ Ġesù l-Iben t’Alla,+ ħa nżommu sod u nibqgħu nistqarruh.+ 15 Għax bħala qassis il-kbir m’għandniex wieħed li ma jistax jagħder+ id-dgħjufijiet tagħna, imma wieħed li ġie provat fl-aspetti kollha bħalna, imma baqaʼ mingħajr dnub.+ 16 Għalhekk, ħa nersqu+ bil-libertà tal-kelma+ lejn it-tron tal-qalb tajba mhix mistħoqqa, sabiex insibu ħniena u qalb tajba mhix mistħoqqa għall-għajnuna f’waqtha.+