147 Faħħru lil Jah,+
Għax tajjeb li ngħannu lil Alla tagħna;+
Għax dan hu pjaċevoli—it-tifħir hu xieraq.+
2 Ġeħova qed jibni lil Ġerusalemm;+
Lill-imxerrdin taʼ Israel jiġborhom flimkien.+
3 Qed ifejjaq+ lil dawk taʼ qalbhom maqsuma,+
U qed jinfaxxalhom il-ġrieħi li juġgħuhom.+
4 Jgħodd kemm hemm kwiekeb;+
Ilkoll kemm huma jsejħilhom b’isimhom.+
5 Il-Mulej tagħna hu kbir u abbundanti fil-qawwa;+
L-abbiltà tiegħu li jifhem hi bla qjies.+
6 Ġeħova jserraħ lill-ġwejdin;+
Ibaxxi maʼ l-art lin-nies mill-agħar.+
7 Wieġbu lil Ġeħova b’radd il-ħajr;+
Għannu lil Alla tagħna bl-arpa,+
8 Dak li qed jiksi s-smewwiet bis-sħab,+
Dak li jħejji x-xita għall-art,+
Dak li jġiegħel lill-muntanji jnibbtu l-ħaxix aħdar.+
9 Lill-bhejjem jagħtihom l-ikel tagħhom,+
U lill-frieħ taċ-ċawluni li joqogħdu jgħajtu.+
10 Ma jitgħaxxaqx bis-saħħa taż-żiemel,+
Lanqas jieħu pjaċir bir-riġlejn tal-bniedem.+
11 Ġeħova qed jieħu pjaċir b’dawk li jibżgħu minnu,+
B’dawk li jistennew il-qalb tajba bl-imħabba tiegħu.+
12 Igglorifika lil Ġeħova,+ O Ġerusalemm.
Faħħar lil Alla tiegħek, O Sijon.+
13 Għax hu saħħaħ l-istaneg taʼ bwiebek;
Bierek lil uliedek f’nofsok.+
14 Hu jqiegħed il-paċi fit-territorju tiegħek;+
Bl-aqwa qamħ jibqaʼ jxebbgħek.+
15 Jibgħat il-kmand tiegħu lejn l-art;+
B’ħeffa kbira tiġri kelmtu.
16 Jagħti l-borra bħas-suf;+
Il-ġlata jxerridha bħall-irmied.+
17 Jitfaʼ s-silġ tiegħu bħall-frak.+
Min jiflaħha l-kesħa tiegħu?+
18 Jibgħat kelmtu+ u jdewwibhom.
Iġiegħel lir-riħ tiegħu jonfoħ,+
U mbagħad l-ilmijiet iqattru.
19 Qed jgħid il-kelma tiegħu lil Ġakobb,+
Ir-regolamenti+ u d-deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħu lil Israel.+
20 M’għamel dan m’ebda ġens ieħor;+
U d-deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħu, dawn ma sarux jafuhom.+
Faħħru lil Jah!+