95 Ejjew ħa ngħajtu bil-ferħ lil Ġeħova!+
Ħa ngħajtu bil-ferħ taʼ rebħa lill-Blata tagħna tas-salvazzjoni.+
2 Ħa mmorru quddiemu b’radd il-ħajr;+
Ħa ngħannulu u ngħajtu bil-ferħ għajat taʼ rebħa.+
3 Għax Ġeħova hu Alla kbir+
U Sultan kbir fuq l-allat l-oħrajn kollha,+
4 Hu li f’idu hemm l-iktar abbissi ġewwinin taʼ l-art+
U li tiegħu huma l-qċaċet tal-muntanji;+
5 Li tiegħu hu l-baħar li għamel hu stess,+
U l-art niexfa li sawru idejh.+
6 Idħlu, ejjew inqimuh u mmilu quddiemu;+
Ħa ninżlu għarkopptejna+ quddiem Ġeħova, Dak li għamilna.+
7 Għax hu Alla tagħna, u aħna l-poplu tal-mergħa tiegħu u n-nagħaġ immexxijin minn idu.+
Jekk illum tisimgħu leħnu,+
8 Twebbsux qlubkom bħal f’Meriba,+
Bħal dakinhar taʼ Massah fix-xagħri,+
9 Meta missirijietkom ipprovawni;+
Għaddewni minn prova, għalkemm raw dak li kont għamilt.+
10 Għal erbgħin sena sħaħ bqajt nistkerrah lil dik il-ġenerazzjoni,+
U għedt:
“Dawn in-nies m’għandhomx qalb stabbli,+
U ma sarux jafu triqati”;+
11 Dwarhom ħlift fir-rabja tiegħi:+
“Ma jidħlux fil-post taʼ mistrieħ tiegħi.”+