LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Attenti Minn Nuqqas taʼ Fidi
    It-Torri tal-Għassa—1998 | Lulju 15
    • “La Twebbsux Qalbkom”

      13. Pawlu liema twissija ta, u kif applikah Salm 95?

      13 Wara li kkunsidra l-​pożizzjoni ffavorita tal-​Kristjani Lhud, Pawlu ta din it-​twissija: “Kif jgħid l-​Ispirtu s-​Santu: ‘Jekk illum tisimgħu leħnu, la twebbsux qalbkom bħal f’jum l-​irvell, jum it-​tiġrib fid-​deżert.’” (Lhud 3:​7, 8) Pawlu kien qed jikkwota minn Salm 95, u għalhekk setaʼ jgħid, “jgħid l-​Ispirtu s-​Santu.”b (Salm 95:7, 8; Eżodu 17:1-7) L-​Iskrittura hija ispirata minn Alla permezz taʼ l-​ispirtu qaddis tiegħu.—2 Timotju 3:16.

      14. L-​Iżraeliti kif wieġbu għal dak li Jehovah kien għamel għalihom, u għala?

      14 Wara li nħelsu mill-​jasar fl-​Eġittu, l-​Iżraeliti ngħataw l-​unur kbir li jidħlu f’relazzjoni taʼ patt maʼ Jehovah. (Eżodu 19:4, 5; 24:7, 8) Madankollu, minflok ma wrew apprezzament għal dak li Alla kien għamel magħhom, huma malajr aġixxew b’mod ribelluż. (Numri 13:25–14:10) Dan kif setaʼ ġara? Pawlu indika l-​kawża: it-​twebbis taʼ qlubhom. Imma qlub li huma sensittivi u li jwieġbu għall-​Kelma t’Alla kif jitwebbsu? U x’irridu nagħmlu biex dan nevitawh?

      15. (a) Kif instemaʼ ‘l-​leħen t’Alla stess,’ fil-​passat u fil-​preżent? (b) Liema mistoqsijiet għandna bżonn nistaqsu lilna nfusna rigward ‘leħen Alla’?

      15 Pawlu beda t-​twissija tiegħu bil-​klawsola proviżorja “jekk illum tisimgħu leħnu.” Alla kellem lill-​poplu tiegħu permezz taʼ Mosè u profeti oħrajn. Imbagħad, Jehovah kellimhom permezz taʼ Ibnu, Ġesù Kristu. (Lhud 1:1, 2) Illum, għandna l-​Kelma ispirata t’Alla kompleta, il-​Bibbja Mqaddsa. Għandna wkoll “l-​irsir leali u diskret,” maħtur minn Ġesù biex jipprovdi ‘l-​ikel spiritwali fiż-​żmien xieraq.’ (Mattew 24:45-47, NW) B’hekk, Alla għadu qed jitkellem. Imma qegħdin aħna nagħtu widen? Per eżempju, kif inwieġbu għal pariri dwar l-​ilbies u d-​dehra tagħna jew dwar l-​għażla taʼ divertiment u mużika? ‘Nisimgħu’ aħna, jiġifieri, nagħtu kas u nobdu dak li nisimgħu? Jekk għandna d-​drawwa li nġibu l-​iskużi jew li noġġezzjonaw għall-​pariri, inkunu qegħdin nesponu lilna nfusna għall-​periklu sottili taʼ li nwebbsu qalbna.

      16. Liema hu mod wieħed li bih jistgħu jitwebbsu qlubna?

      16 Qlubna jistgħu jitwebbsu wkoll jekk inżommu lura milli nagħmlu dak li nistgħu u li suppost qed nagħmlu. (Ġakbu 4:17) Minkejja dak kollu li Jehovah għamel għalihom, l-​Iżraeliti naqsu li jeżerċitaw fidi, irribellaw kontra Mosè, għażlu li jemmnu rapport ħażin dwar Kangħan, u rrifjutaw li jidħlu fl-​Art Imwiegħda. (Numri 14:1-4) Jehovah għalhekk qatagħhielhom li kellhom iqattgħu 40 sena fix-​xagħri​—żmien biżżejjed biex imutu l-​membri żleali taʼ dik il-​ġenerazzjoni. Iddiżgustat bihom, Alla qal: “‘Dawn dejjem mitlufin f’qalbhom; huma ma għarfux triqati.’ Hekk ħlift waqt il-​korla tiegħi: ‘Ma jidħlux fil-​mistrieħ tiegħi.’” (Lhud 3:9-11) Naraw f’dan kollu lezzjoni għalina?

  • Attenti Minn Nuqqas taʼ Fidi
    It-Torri tal-Għassa—1998 | Lulju 15
    • 19. Li nonqsu li nagħtu widen għall-​pariri kif jistaʼ jwassal għal konsegwenzi serji? Agħti eżempji.

      19 Għalhekk, il-​lezzjoni hi li jekk naqgħu fid-​drawwa li nonqsu li ‘nisimgħu leħnu,’ billi ninjoraw il-​pariri mingħand Jehovah permezz tal-​Kelma tiegħu u tal-​klassi taʼ l-​irsir leali, ma jdumux qlubna ma jsiru bla sentimenti, jitwebbsu. Per eżempju, koppja mhix miżżewġa, għandhom mnejn isiru xi ftit intimi iżżejjed. Xi ngħidu jekk dawn sempliċement jinjoraw il-​kwistjoni? Se jipproteġihom milli jirrepetu dak li għamlu, jew se jagħmlu eħfef għalihom li jirrepetuh? Bl-​istess mod, meta l-​klassi taʼ l-​irsir toffri pariri dwar il-​ħtieġa li nkunu selettivi fl-​għażla tagħna taʼ mużika u divertiment, eċċ., naċċettawhom bi gratitudni u nagħmlu aġġustamenti fejn ikun hemm bżonn? Pawlu ħeġġiġna biex “ma ninqatgħux mill-​laqgħat tagħna flimkien.” (Lhud 10:24, 25) Minkejja dan il-​parir, xi wħud għandhom ħarsa indifferenti lejn il-​laqgħat Kristjani. Forsi jaħsbu li jekk jimmissjaw xi ftit minnhom jew saħansitra jeliminaw ċerti laqgħat għalkollox mhux se jagħmel differenza.

  • Attenti Minn Nuqqas taʼ Fidi
    It-Torri tal-Għassa—1998 | Lulju 15
    • b Pawlu evidentement ikkwota mis-​Settanta Griega, li tittraduċi l-​Lhudi għal “Meriba” u “Massa” bħala “argumentar” u “tiġrib” rispettivament. Ara paġni 350 u 379 fit-​Tieni Volum taʼ l-​Insight on the Scriptures, ippubblikat mill-​Watchtower Bible and Tract Society of New York, Inc.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja