Eżodu
20 U Alla lissen dan il-kliem kollu, u qal:+
2 “Jien Ġeħova Alla tiegħek,+ li ħriġtek mill-art taʼ l-Eġittu, minn dar l-ilsiera.+ 3 Ma jkollokx allat oħrajn+ għajri.
4 “Tagħmilx għalik xi xbieha skolpita jew forma bħal xi ħaġa li hemm fis-smewwiet ’il fuq, jew li hemm fuq l-art taħt, jew li hemm fl-ilmijiet taħt l-art.+ 5 Tmilx quddiemhom u lanqas tiġi mħajjar biex taqdihom,+ għaliex jien Ġeħova Alla tiegħek, jien Alla li nesiġi devozzjoni esklużiva,+ li għall-iżball tal-missirijiet nikkastiga lill-ulied, sat-tielet u r-rabaʼ ġenerazzjoni, fil-każ taʼ dawk li jobogħduni;+ 6 imma nuri l-qalb tajba bl-imħabba sa l-elf ġenerazzjoni fil-każ taʼ dawk li jħobbuni u jħarsu l-kmandamenti tiegħi.+
7 “Tużax l-isem taʼ Ġeħova Alla tiegħek b’mod ħażin,+ għax Ġeħova ma jħallix bla kastig lil min juża ismu b’mod ħażin.+
8 “Waqt li tiftakar f’jum is-Sabat biex tqaddsu,+ 9 għandek taħdem u tagħmel ix-xogħol kollu tiegħek f’sitt ijiem.+ 10 Imma s-sebaʼ jum hu Sabat għal Ġeħova Alla tiegħek.+ Tagħmel ebda xogħol, la int, la ibnek, la bintek, la l-ilsir tiegħek, la l-ilsira tiegħek, la l-annimal domestiku tiegħek, lanqas ir-resident barrani tiegħek li qiegħed ’il ġewwa minn bwiebek.+ 11 Għax f’sitt ijiem Ġeħova għamel is-smewwiet u l-art, il-baħar u kulma fihom,+ u beda jistrieħ fis-sebaʼ jum.+ Huwa għalhekk li Ġeħova bierek jum is-Sabat u qaddsu.+
12 “Onora lil missierek u lil ommok+ sabiex ittawwal jiemek fuq l-art li qed jagħtik Ġeħova Alla tiegħek.+
16 “Tixhidx falz bħala xhud kontra għajrek.+
17 “Tixtieqx dar għajrek. Tixtieqx mart għajrek,+ la l-ilsir tiegħu, la l-ilsira tiegħu, la l-barri tiegħu, la l-ħmar tiegħu, lanqas kwalunkwe ħaġa li hi t’għajrek.”+
18 Issa n-nies kollha kienu jisimgħu r-ragħad u l-ħoss tal-qarn u jaraw il-leħħiet tal-beraq u l-muntanja ddaħħan. Meta n-nies raw u semgħu dan, bdew jirtogħdu u qagħdu ’l bogħod.+ 19 U bdew jgħidu lil Mosè: “Tkellem int magħna, u nisimgħuk; imma ħa ma jkellimniex Alla, li ma mmutux.”+ 20 Għalhekk, Mosè qal lin-nies: “Tibżgħux, għaliex l-Alla l-veru ġie sabiex jgħaddikom minn prova,+ u sabiex dejjem ikollkom il-biżaʼ minnu quddiem għajnejkom ħalli ma tidinbux.”+ 21 U n-nies baqgħu weqfin ’il bogħod, imma Mosè mar ħdejn is-sħaba sewda fejn kien hemm l-Alla l-veru.+
22 U Ġeħova ssokta jgħid lil Mosè:+ “Dan għandek tgħidilhom lil ulied Israel, ‘Intom infuskom rajtu li jien kellimtkom mis-smewwiet.+ 23 Tagħmlux allat tal-fidda biex ikunu rivali tiegħi, u tagħmlux allat tad-deheb għalikom.+ 24 Għandek tagħmilli artal mit-trab taʼ l-art,+ u toffri fuqu bħala sagrifiċċju l-offerti tal-ħruq tiegħek u s-sagrifiċċji taʼ sħubija* tiegħek, l-imrieħel tiegħek tal-baqar u tan-nagħaġ.+ F’kull post fejn nagħżel li jitfakkar ismi se niġi għandek u nbierkek.+ 25 U jekk tagħmilli artal tal-ġebel, tibnihx b’ġebel minġur. Jekk tuża l-għodda tiegħek fuqu, tipprofanah.+ 26 U titlax bit-taraġ fuq l-artal tiegħi, sabiex il-partijiet privati tiegħek ma jkunux mikxufin fuqu.’