Salmi
Lid-direttur. Fuq Il-Ġilji. Taʼ wlied Koraħ. Maskil.*
Għanja tan-nisa maħbubin.
2 Int tassew isbaħ minn ulied il-bnedmin.+
Il-ġmiel tferraʼ fuq xofftejk.+
Għalhekk bierkek Alla għal dejjem.+
4 U fil-glorja tiegħek mur u rnexxi;+
Irkeb għall-kawża tal-verità, l-umiltà, u s-sewwa,+
U idek il-leminija tistruwik dwar affarijiet li jqanqlu l-biżaʼ.+
6 Alla hu t-tron tiegħek għal żmien indefinit, iva, għal dejjem;+
Ix-xettru taʼ saltnatek hu xettru rett.+
7 Int tħobb il-ġustizzja+ u tobgħod il-ħażen.+
Huwa għalhekk li Alla, Alla tiegħek,+ dilkek+ biż-żejt tal-ferħ+ iktar minn sħabek.+
8 Ħwejġek kollha mirra u sabbara u kassja;+
Mill-palazz grandjuż taʼ l-avorju,+ l-istrumenti tal-korda jferrħuk.
9 Il-bniet+ tas-slaten huma fost in-nisa prezzjużi tiegħek.
Mart is-sultan+ qagħdet fuq lemintek liebsa d-deheb t’Ofir.+
14 Bi lbies minsuġ se tinġieb għand is-sultan.+
It-tfajliet verġni, sħabha, li qed jakkumpanjawha, jiddaħħlu għandek.+
15 Se jinġiebu bl-hena u bil-ferħ;
Jidħlu fil-palazz tas-sultan.