Rivelazzjoni
4 Ara! Wara dan rajt bieb miftuħ fis-sema, u l-ewwel leħen li smajt kien bħal taʼ trumbetta,+ ikellimni u jgħidli: “Itlaʼ hawn fuq,+ u nurik dak li jrid iseħħ.”+ 2 Wara dan, minnufih sibt ruħi fil-qawwa taʼ l-ispirtu: u, ara, kien hemm tron+ f’postu fis-sema,+ u fuq it-tron kien hemm wieħed bil-qiegħda.+ 3 U d-dehra+ taʼ dak li kien bil-qiegħda kienet bħal ħaġra tad-djaspru+ u ħaġra prezzjuża taʼ lewn aħmar, u madwar it-tron kien hemm qawsalla+ li kienet tidher bħall-iżmerald.+
4 U madwar it-tron kien hemm erbgħa u għoxrin tron, u fuq dawn it-tronijiet+ rajt erbgħa u għoxrin+ anzjan+ bil-qiegħda lebsin ħwejjeġ bojod,+ u fuq rashom kellhom kuruni tad-deheb.+ 5 U mit-tron kienu ħerġin sajjetti+ u ilħna u ragħad;+ u kien hemm sebaʼ msiebaħ+ bin-nar jaqbad quddiem it-tron; dawn ifissru s-sebaʼ spirti+ t’Alla. 6 U quddiem it-tron kien hemm qisu baħar+ tal-ħġieġ bħall-kristall.
U fin-nofs ħdejn it-tron u madwar it-tron kien hemm erbaʼ ħlejjaq ħajjin+ mimlijin għajnejn quddiem u wara. 7 U l-ewwel ħliqa ħajja kienet bħal iljun,+ u t-tieni ħliqa ħajja kienet bħal għoġol,+ u t-tielet ħliqa ħajja+ kellha wiċċ bħal taʼ bniedem, u r-rabaʼ ħliqa ħajja+ kienet bħal ajkla ttir.+ 8 U kull waħda mill-erbaʼ ħlejjaq ħajjin+ kellha sitt ġwienaħ+ li dawramejt u minn taħt kienu mimlijin għajnejn.+ U lejl u nhar bla mistrieħ kienu jgħidu: “Qaddis, qaddis, qaddis hu Alla Ġeħova,+ li Jistaʼ Kollox,+ li kien u li hu+ u li ġej.”
9 U kulmeta l-ħlejjaq ħajjin kienu jagħtu glorja u unur u radd il-ħajr+ lil Dak li kien bil-qiegħda fuq it-tron,+ Dak li jgħix għal dejjem taʼ dejjem,+ 10 l-erbgħa u għoxrin anzjan+ kienu jinxteħtu quddiem Dak li kien bil-qiegħda fuq it-tron u jagħtu qima+ lil Dak li jgħix għal dejjem taʼ dejjem, u jitfgħu l-kuruni tagħhom quddiem it-tron, u jgħidu: 11 “Int jistħoqqlok, Ġeħova, Alla tagħna, li tirċievi l-glorja+ u l-unur+ u l-qawwa,+ għax int ħlaqt l-affarijiet kollha,+ u bir-rieda tiegħek+ eżistew u nħolqu.”+