Ġeremija
10 Isimgħu l-kelma li Ġeħova tkellem kontrikom, O dar Israel. 2 Hekk qal Ġeħova: “Titgħallmux timxu fi triq il-ġnus,+ u titwerwrux mis-sinjali tas-smewwiet, għax il-ġnus jitwerwru minnhom.+ 3 Id-drawwiet tal-popli+ huma biss bħal nifs. Wieħed ikun qataʼ sempliċi siġra+ mill-foresta, xogħol idejn il-bniedem tas-sengħa li jonqoxha bl-għodda* tiegħu.+ 4 Iżejjinha bil-fidda u bid-deheb.+ Bl-imsiemer u bl-imrietel jitwaħħlu biex ma jitħarrkux.+ 5 Huma bħal raġel tat-tiben* f’għalqa tal-ħjar, u ma jistgħux jitkellmu.+ Bilfors ikollhom jintrefgħu, għax ma jistgħux jagħmlu pass.+ Tibżgħux minnhom, għax ma jistgħux jagħmlu ħsara, u iżjed minn hekk, lanqas ġid ma jistgħu jagħmlu.”+
6 M’hemm ħadd bħalek, O Ġeħova.+ Int kbir, u ismek hu kbir u setgħan.+ 7 Min m’għandux jibżaʼ minnek,+ O Sultan tal-ġnus?+ Int jistħoqqlok dan il-biżaʼ, għax m’hemm ħadd bħalek fost l-għorrief kollha tal-ġnus u fost is-slaten kollha tagħhom.+ 8 U fl-istess ħin dawn juru li huma bla raġuni u stupidi.+ Kulma tagħmel is-siġra hu li tħeġġiġhom ifittxu l-frugħa.+ 9 Minn Tarsis+ tinġieb fidda maħduma fi pjanċi, u minn Ufaż+ id-deheb, xogħol idejn il-bniedem tas-sengħa u l-ħaddiem fil-metall. L-ilbies hu magħmul minn ħajt blu u suf miżbugħ vjola ħamrani. Kollox xogħol idejn in-nies tas-sengħa.+
10 Imma Ġeħova tassew hu Alla.+ Hu l-Alla l-ħaj+ u s-Sultan taʼ l-eternità.*+ Għar-rabja tiegħu, l-art titriegħed+ u l-ebda ġens ma jiflaħ għall-kundanna tiegħu.+ 11 Dan għidulhom: “L-allat+ li m’għamlux is-smewwiet u l-art huma dawk li se jinqerdu minn fuq l-art+ u minn taħt dawn is-smewwiet.” 12 Hu Dak li għamel l-art bil-qawwa tiegħu,+ li b’għerfu waqqaf l-art produttiva fis-sod,+ u li bl-intelliġenza tiegħu firex is-smewwiet.+ 13 Mal-ħoss taʼ leħnu, l-ilmijiet fis-smewwiet ikarwtu;+ hu jtellaʼ l-fwar minn tarf l-art.+ Għamel ukoll bibien għax-xita,+ u joħroġ ir-riħ mill-imħażen tiegħu.+
14 Kulħadd aġixxa bla raġuni għalkollox, u b’hekk wera li ma jaf xejn.+ Kulmin jaħdem fil-metall jistħi minħabba x-xbieha skolpita;+ għax ix-xbihat li għamel minn metall imdewweb huma gidba,+ u m’hemm l-ebda spirtu fihom.+ 15 Huma frugħa, xogħol tad-daħq.+ Meta jasal iż-żmien li nitfaʼ l-attenzjoni tiegħi fuqhom, se jinqerdu.+
16 Is-Sehem taʼ Ġakobb m’huwiex bħal dawn,+ għax hu Dak li sawwar kollox,+ u Israel hu l-bastun tal-wirt tiegħu.+ Ġeħova taʼ l-armati jismu.+
17 Iġbor is-sorra tiegħek mill-art,+ O mara li qed tgħix fit-tbatija.+ 18 Għax hekk qal Ġeħova: “Ara, din id-darba qed inwaddab ’il barra lill-abitanti taʼ l-art bħal bi żbandola,+ u se nġegħelhom jitnikktu sabiex ikunu jafu.”+
19 Gwaj għalija minħabba l-ġerħa tiegħi!+ Il-ferita tiegħi bla fejqan. U jien għedt: “Żgur li din hi l-marda tiegħi, u jkolli nġorrha.+ 20 It-tinda tiegħi tħarbtet, u l-ħbula tat-tinda tiegħi lkoll ġew fi tnejn.+ Uliedi stess telquni, u m’għadhomx iżjed.+ Ma baqaʼ ħadd iktar biex jiftaħ it-tinda tiegħi jew biex itellagħli d-drapp tat-tinda. 21 Għax ir-rgħajja aġixxew bla raġuni,+ u lanqas lil Ġeħova ma fittxew.+ Għalhekk m’aġixxewx bid-dehen, u nxterdu l-imrieħel kollha li kellhom jirgħu.”+
22 Ismaʼ! Waslet aħbar! Waslet, flimkien maʼ damdim kbir mill-pajjiż tat-tramuntana,+ sabiex il-bliet taʼ Ġuda jintgħamlu art abbandunata, il-bejta tax-xakalli.+
23 Jien naf, O Ġeħova, li triq il-bniedem m’hijiex f’idejh. Lanqas min jimxi ma jistaʼ jidderieġi l-passi tiegħu.+ 24 Ikkoreġini, O Ġeħova, iżda bil-ġudizzju ġust tiegħek;+ mhux fir-rabja tiegħek,+ li ma ġġibnix fix-xejn.+ 25 Ferraʼ l-korla tiegħek fuq il-ġnus+ li injorawk,+ u fuq il-familji li ma sejħux ismek.+ Għax huma belgħu lil Ġakobb.+ Iva, belgħuh, u qed ikomplu jeqirduh għalkollox;+ u l-post fejn jgħammar għamluh ħerba.+