1 Korintin
5 Fil-fatt, sar magħruf li hemm iż-żína+ fostkom, u tip taʼ żína li lanqas saħansitra fost il-ġnus ma teżisti: li raġel jieħu l-mara taʼ missieru.+ 2 U qed tintefħu?+ Mhux aħjar titnikktu+ biex il-bniedem li wettaq dan l-għemil jitneħħa minn fostkom?+ 3 Ngħid għalija, għalkemm m’iniex preżenti fil-ġisem imma preżenti fl-ispirtu, diġà ġġudikajt+ lir-raġel li aġixxa b’dan il-mod daqslikieku kont preżenti, 4 sabiex f’isem il-Mulej tagħna Ġesù, meta tkunu miġburin flimkien maʼ l-ispirtu tiegħi bil-qawwa tal-Mulej tagħna Ġesù,+ 5 tagħtu lil dan il-bniedem f’idejn Satana+ għall-qerda tal-laħam, sabiex l-ispirtu+ jiġi salvat f’jum il-Mulej.+
6 M’għandkomx raġuni tajba biex tiftaħru.+ Ma tafux li ftit ħmira tħemmer+ l-għaġna kollha?+ 7 Neħħu l-ħmira l-qadima biex tkunu għaġna ġdida,+ ħelsin minn kulma jiffermenta. Għax Kristu,+ il-Qbiż tagħna,+ ġie sagrifikat.+ 8 Għaldaqstant ħa nosservaw il-festa,+ mhux bi ħmira qadima,+ lanqas bi ħmira+ taʼ ħażen u aġir mill-agħar,+ imma b’ħobż bla ħmira taʼ sinċerità u verità.+
9 Fl-ittra tiegħi ktibtilkom biex ma tibqgħux tagħmluha maż-żienja. 10 Dan ma jfissirx li tinqatgħu għalkollox miż-żienja+ taʼ din id-dinja+ jew mir-rgħiba u l-imbroljuni jew l-idolatri. Inkella jkollkom toħorġu mid-dinja.+ 11 Imma issa qed niktbilkom biex ma tibqgħux tagħmluha+ maʼ min jissejjaħ ħu iżda jkun żieni jew rgħib+ jew idolatra jew żeblieħi jew sakranazz+ jew imbroljun; lanqas biss għandkom tieklu maʼ bniedem bħal dan. 12 Għax x’għandi x’naqsam maʼ li niġġudika lil dawk taʼ barra?+ Intom mhux lil dawk taʼ ġewwa tiġġudikaw,+ 13 waqt li Alla jiġġudika lil dawk taʼ barra?+ “Neħħu lill-bniedem mill-agħar minn fostkom.”+