Salmi
Lid-direttur. Melodija taʼ David. Għanja.
2 O Semmiegħ it-talb, għandek jiġu n-nies taʼ kull xorta.+
4 Hieni hu l-bniedem li tagħżel u tħallih jersaq lejk,+
Biex ikun jistaʼ jgħammar fil-btieħi tiegħek.+
Aħna se nimtlew bl-affarijiet tajbin taʼ darek,+
Il-post qaddis tat-tempju tiegħek.+
5 Int twiġibna b’affarijiet li jqanqlu l-biżaʼ magħmulin bis-sewwa,+
O Alla tas-salvazzjoni tagħna,+
Il-Fiduċja taʼ dawk fix-xfar kollha taʼ l-art u taʼ dawk ’il bogħod fuq il-baħar.+
8 U l-abitanti fl-ibgħad inħawi se jibżgħu mis-sinjali tiegħek;+
Tlugħ u nżul ix-xemx jgħajtu bil-ferħ.+
9 Int ħadt ħsieb l-art, biex tkun tistaʼ tagħtiha l-abbundanza;+
Timlieha b’ħafna ġid.
In-nixxiegħa mingħand Alla mimlija ilma.+
Int tipprovdilhom il-qmuħ,+
Għax hekk tħejjiha l-art.+