Lid-direttur. Melodija taʼ David. Meta l-profeta Natan daħal għandu wara li kellu x’jaqsam maʼ Bat-seba.+
51 Ħenn għalija, O Alla, skond il-qalb tajba bl-imħabba tiegħek.+
Skond l-abbundanza tal-ħniniet tiegħek ħassar għalkollox in-nuqqasijiet tiegħi.+
2 Aħsilni sew mill-iżball tiegħi,+
U naddafni minn dnubi.+
3 Għax jien naf in-nuqqasijiet tiegħi,+
U dnubi quddiemi l-ħin kollu.+
4 Kontrik u kontrik biss dnibt jien,+
U dak li hu ħażin f’għajnejk għamilt;+
B’hekk jintwera li int ġust meta titkellem,+
U bla tebgħa meta tiġġudika.+
5 Ara! Fl-iżball jien twilidt bl-uġigħ tal-ħlas,+
U ommi nisslitni bid-dnub.+
6 Ara! Int tgħaxxaqt bil-verità fil-qalb;+
Għinni biex fil-bniedem li jien minn ġewwa nkun naf x’inhu l-għerf.+
7 Ippurifikani mid-dnub biż-żuf, biex inkun nadif;+
Aħsilni, biex nibjad iktar mis-silġ.+
8 Ħallini nismaʼ ferħ kbir u hena,+
Biex l-għadam li farraktli jkun jistaʼ jifraħ.+
9 Aħbi wiċċek minn dnubieti,+
U ħassarli l-iżbalji kollha tiegħi.+
10 Oħloq fija qalb pura, O Alla,+
U poġġi ġewwa fija spirtu ġdid, wieħed sod.+
11 Twarrabnix minn quddiem wiċċek;+
U l-ispirtu qaddis tiegħek tneħħihx minn fuqi.+
12 Erġaʼ agħtini l-ferħ tas-salvazzjoni tiegħek,+
Qajjem fija x-xewqa li nobdik.+
13 Lil dawk li jiksru l-liġi se ngħallimhom triqatek,+
Biex il-midinbin ikunu jistgħu jduru lura lejk.+
14 Eħlisni mill-ħtija tad-demm,+ O Alla, l-Alla tas-salvazzjoni tiegħi,+
Biex ilsieni jkun jistaʼ jgħid bil-ferħ dwar is-sewwa tiegħek.+
15 O Ġeħova, jalla tiftaħli xofftejja,+
Biex fommi jkun jistaʼ jxandar tifħirek.+
16 Għax int ma titgħaxxaqx bis-sagrifiċċju—kieku kont nagħtih;+
Offerta sħiħa tal-ħruq ma tiħux gost biha.+
17 Is-sagrifiċċji li jaċċetta Alla huma spirtu miksur;+
Qalb maqsuma u mgħaffġa, O Alla, int ma tistmerrhiex.+
18 Bir-rieda tajba tiegħek imxi tajjeb maʼ Sijon;+
Ibni l-ħitan taʼ Ġerusalemm.+
19 Imbagħad int titgħaxxaq b’sagrifiċċji tas-sewwa,+
B’sagrifiċċji tal-ħruq u offerti sħaħ;+
Imbagħad il-barrin se jiġu offruti fuq l-artal tiegħek.+