Ħosea
4 Isimgħu l-kelma taʼ Ġeħova, O wlied Israel, għax Ġeħova għandu kawża legali maʼ l-abitanti tal-pajjiż,+ għax la hemm verità,+ la qalb tajba bl-imħabba, u lanqas għarfien dwar Alla fil-pajjiż.+ 2 Is-sħit,+ il-qerq,+ il-qtil,+ is-serq,+ u l-adulterju+ żdiedu, u hemm tixrid taʼ demm wara tixrid taʼ demm.+ 3 Għalhekk, il-pajjiż se jitnikket+ u kulmin jgħix fih jiddgħajjef tant li kważi jgħib flimkien mal-bhima salvaġġa tar-rabaʼ u mal-ħliqa li ttir fis-smewwiet, u saħansitra l-ħut jinqered.+
4 “Madankollu, ħalli ħadd ma jitlewwem+ maʼ ħadd u lanqas ħadd ma jwiddeb lil ħadd, għax niesek huma bħal dawk li jitlewmu maʼ qassis.+ 5 U int titfixkel bi nhar+ bħallikieku bil-lejl, u saħansitra profeta jitfixkel miegħek.+ U jien se neqred lil ommok.+ 6 Il-poplu tiegħi se jgħib, għax m’hemmx għarfien.+ Talli int stess ċħadt l-għarfien,+ jien ukoll se nċaħħdek milli taqdini bħala qassis;+ u talli dejjem tinsa l-liġi t’Alla tiegħek,+ jien, iva, jien, se ninsa lil uliedek.+ 7 Iżjed ma kienu, iżjed dinbu kontrija.+ Huma partu l-glorja tiegħi mad-diżunur.+ 8 Jieklu minn fuq id-dnub tal-poplu tiegħi, u ruħhom tixxennaq għall-iżball tagħhom.+
9 “U jiġri lill-poplu bħalma jiġri lill-qassis;+ u jien se nitlobhom kont taʼ triqathom;+ u l-aġir tagħhom se nġibu lura fuqhom.+ 10 U huma jieklu, imma ma jixbgħux.+ Jittrattaw lin-nisa li jmorru magħhom bħala prostituti; imma ma jiżdidux,+ għax ma baqgħux jagħtu kas Ġeħova b’rispett.+ 11 Iż-żína u l-inbid u l-inbid ħelu jneħħu l-motiv tajjeb.+ 12 In-nies tiegħi jibqgħu jistaqsu+ lill-idolu tagħhom taʼ l-injam,+ u l-ħatar taʼ idejhom jgħidilhom; għax l-ispirtu taż-żína ġegħelhom jiżvijaw,+ u biż-żína huma ma jibqgħux taħt Alla tagħhom.+ 13 Fuq il-qċaċet tal-muntanji joffru sagrifiċċji,+ u fuq l-għoljiet joffru d-duħħan tas-sagrifiċċji,+ taħt siġra immensa u siġra taʼ l-istoraċi u siġra kbira, għax id-dell tagħhom tajjeb.+ Huwa għalhekk li l-bniet tagħkom jiżnu u n-nisa taʼ wliedkom jagħmlu adulterju.
14 “Ma nitlobx kont mill-bniet tagħkom għax jiżnu, u min-nisa taʼ wliedkom għax jagħmlu adulterju. Għax l-irġiel jitilqu għal rashom mal-prostituti,+ u joffru sagrifiċċji mal-prostituti nisa tat-tempju;+ u poplu li ma jifhimx+ se jinsaħaq. 15 Għalkemm int qed tiżni, O Israel,+ ħa ma jsirx ħati Ġuda,+ u intom tiġux Gilgal,+ u lanqas titilgħu Bet-awen+ jew taħilfu ‘Daqskemm Ġeħova hu ħaj!’+ 16 Għax, bħal baqra rasha iebsa, Israel sar rasu iebsa.+ Sejjer issa Ġeħova jirgħahom bħallikieku muntun żgħir f’post spazjuż? 17 Efrajm issieħeb maʼ l-idoli.+ Ħallih waħdu!+ 18 Malli tispiċċalhom il-birra tal-qamħ,+ imorru man-nisa u ċertament li jittrattawhom bħala prostituti.+ Dawk li pproteġewh bħal b’tarki+ ħabbew id-diżunur bis-sħiħ.+ 19 Riħ geżwru fi ġwinħajh.+ U se jistħu minħabba s-sagrifiċċji tagħhom.”+