Isaija
12 U f’dak il-jum+ int żgur tgħid: “Nirringrazzjak, O Ġeħova, għax għalkemm għadabt għalija, ir-rabja tiegħek bil-mod il-mod reġgħet lura,+ u bdejt tfarraġni.+ 2 Ara! Alla hu s-salvazzjoni tiegħi.+ Jien se nafda fih u ma nitkexkixx;+ għax Jah* Ġeħova hu s-saħħa+ u s-setgħa tiegħi,+ u hu sar is-salvazzjoni tiegħi.”+
3 B’ferħ kbir intom se ttellgħu l-ilma min-nixxigħat tas-salvazzjoni.+ 4 U f’dak il-jum se tgħidu: “Irringrazzjaw lil Ġeħova!+ Sejħu ismu.+ Għarrfu l-għemejjel tiegħu fost il-popli.+ Xandru li ismu qiegħed fl-għoli.+ 5 Għannu lil Ġeħova,+ għax hu għamel affarijiet straordinarji.+ Dan qed jiġi mgħarraf fl-art kollha.
6 “Infexx werżaq u għajjat bil-ferħ, O abitanta taʼ Sijon, għax kbir f’nofsok hu l-Qaddis taʼ Israel.”+