Eżodu
15 Dakinhar Mosè u wlied Israel għannew din l-għanja lil Ġeħova u qalu dan li ġej:+
“Ħa ngħannilu lil Ġeħova, għax kbira hi l-glorja tiegħu.+
Iż-żiemel u r-rikkieb tiegħu xeħithom fil-baħar.+
2 Saħħti u setegħti hu Jah,*+ ladarba hu jsalvani.+
Dan hu Alla tiegħi, u lilu jien se nfaħħar;+ Alla taʼ missieri,+ u lilu jien se ngħolli.+
3 Ġeħova hu persuna tal-gwerra.+ Ġeħova hu ismu.+
4 Il-karrijiet tal-Fargħun u l-qawwiet militari tiegħu xeħithom fil-baħar,+
U l-aqwa fost il-gwerriera tiegħu ġew mgħarrqin fil-Baħar l-Aħmar.+
5 L-ilmijiet għoljin għattewhom;+ ’l isfel niżlu fil-fond bħal ġebla.+
6 Idek il-leminija, O Ġeħova, hi maestuża fil-qawwa,+
Idek il-leminija, O Ġeħova, tistaʼ tfarrak lill-għadu.+
7 Tant int kbir li tistaʼ ġġarraf lil dawk li jqumu kontrik;+
Int tibgħat ir-rabja taħraq tiegħek, u din tiblagħhom bħal tiben.*+
8 U b’nifs minn imnifsejk+ inġemgħu l-ilmijiet;
Waqfu bħal ilqugħ taʼ l-għargħar;
L-ilmijiet għoljin għaqdu fil-qalba tal-baħar.
9 Qal l-għadu, ‘Niġri għal warajhom!+ Nilħaqhom!+
Inqassam il-priża!+ Ruħi timtela bihom!
Nislet sejfi! Idi teqridhom!’+
11 Min fost l-allat hu bħalek, O Ġeħova?+
Min hu bħalek, turi li int suprem fil-qdusija?+
Int, Dak li għandhom jibżgħu minnek+ u jfaħħruk b’għanjiet,+ int li qed tagħmel il-meravilji.+
12 Meddejt idek il-leminija,+ u l-art belgħethom.+
13 Int bil-qalb tajba bl-imħabba tiegħek mexxejt lill-poplu li fdejt;+
Int bis-saħħa tiegħek se tieħdu lejn il-post qaddis fejn tgħammar int.+
14 Il-popli jkollhom jisimgħu,+ se jkunu inkwetati;+
Uġigħ tal-ħlas+ jaqbadhom l-abitanti tal-Filistja.
15 Dakinhar ix-xejikki t’Edom se jitħawdu;
It-tiranni taʼ Mowab taqbadhom ir-rogħda.+
L-abitanti kollha taʼ Kangħan jaqtgħu qalbhom.+
16 Biżaʼ u tkexkix jaqgħu fuqhom.+
Minħabba l-kobor taʼ driegħek ma jitħarrkux, bħal ġebla,
Sakemm jgħaddi l-poplu tiegħek,+ O Ġeħova,
17 Iġġibhom u tħawwilhom fuq il-muntanja taʼ wirtek,+
Post stabbilit li int lestejt għalik biex toqgħod fih,+ O Ġeħova,
Santwarju,+ O Ġeħova, li bnew idejk.
18 Ġeħova se jaħkem bħala sultan għal żmien indefinit, iva, għal dejjem.+
19 Meta ż-żwiemel tal-Fargħun+ bil-karrijiet tal-gwerra tiegħu u bis-suldati tal-kavallerija tiegħu daħlu fil-baħar,+
Ġeħova reġġaʼ lura l-ilmijiet tal-baħar għal fuqhom,+
Waqt li wlied Israel imxew fuq art niexfa minn ġo nofs il-baħar.”+
20 U Mirjam il-profetessa, oħt Aron,+ ħadet tanburlin f’idha;+ u n-nisa kollha ħarġu magħha bit-tanburlini u biż-żfin.+ 21 U Mirjam bdiet twieġeb lill-irġiel:+
“Għannu lil Ġeħova,+ għax kbira hi l-glorja tiegħu.+
Iż-żiemel u r-rikkieb tiegħu xeħithom fil-baħar.”+
22 Iktar tard Mosè ġiegħel lill-Israelin jitilqu mill-Baħar l-Aħmar u huma ħarġu fix-xagħri taʼ Sur+ u mxew għal tlett ijiem fix-xagħri, imma ma sabux ilma.+ 23 Imbagħad waslu Marah,+ imma ma setgħux jixorbu l-ilma minn Marah għax kien morr. Huwa għalhekk li semmieh Marah.*+ 24 U n-nies bdew igergru kontra Mosè,+ u qalulu: “X’se nixorbu?” 25 Imbagħad hu għajjat lil Ġeħova.+ Għalhekk, Ġeħova wrieh siġra, u hu xeħitha fl-ilma u l-ilma sar ħelu.+
Hemmhekk Hu stabbilixxa għalihom regolament u każ fuqiex jibbażaw il-ġudizzju, u hemmhekk għaddiehom minn prova.+ 26 U ssokta jgħidilhom: “Jekk tassew tismaʼ minn leħen Ġeħova Alla tiegħek u tagħmel dak li hu sewwa f’għajnejh u tagħti widen għall-kmandamenti tiegħu u tħares ir-regolamenti kollha tiegħu,+ ma nġib fuqek ebda waħda mill-mard li ġibt fuq l-Eġizzjani;+ għaliex jien Ġeħova li qed infejqek.”+
27 Imbagħad waslu Elim, fejn kien hemm tnax-il għajn taʼ l-ilma u sebgħin siġra tal-palm.+ Għalhekk, waqqfu l-kamp hemmhekk ħdejn l-ilma.