-
1 Slaten 5:9Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
-
-
9 Il-qaddejja tiegħi jniżżluh mil-Libanu sal-baħar, u jien norbtu flimkien biex nibgħathulek bil-baħar fil-post li tgħidli. Jien inħollu hemmhekk, u mbagħad tistaʼ ġġorru int. Bħala ħlas, int tipprovdi l-ikel li nitlob għal taʼ dari.”
-
-
Esdra 3:7Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
-
-
7 Huma taw il-flus lil dawk li jaqtgħu l-ġebel u lin-nies tas-sengħa. Taw ukoll ikel, xorb, u żejt lis-Sidonin u lit-Tirin biex iġibu l-injam taċ-ċedru bil-baħar mil-Libanu sa Ġaffa, skont il-permess li kien tahom ir-Re Ċiru tal-Persja.
-