Isaija
38 Dak iż-żmien Ħeżekija marad u kien wasal biex imut. Il-profeta Isaija bin Għamoż daħal ħdejh u qallu: “Hekk jgħid Ġeħova: ‘Agħti istruzzjonijiet lil taʼ darek, għax se tmut; mhux se jgħaddilek.’” 2 Għalhekk, Ħeżekija dar wiċċu mal-ħajt u beda jitlob lil Ġeħova: 3 “Nitolbok bil-ħniena Ġeħova, jekk jogħġbok ftakar kif jien imxejt quddiemek lealment u b’qalb sħiħa, u għamilt dak li hu tajjeb f’għajnejk.” U Ħeżekija beka fuq li beka.
4 Imbagħad Ġeħova qal lil Isaija: 5 “Erġaʼ lura u għid lil Ħeżekija, ‘Hekk jgħid Ġeħova l-Alla tal-antenat tiegħek David: “Jien smajt it-talba tiegħek u rajt id-dmugħ tiegħek. Jien se nżidlek 15-il sena oħra maʼ ħajtek, 6 u neħles lilek u lil din il-belt minn idejn ir-re tal-Assirja, u niddefendi lil din il-belt. 7 Dan hu s-sinjal mingħand Ġeħova biex Ġeħova jurik li se jagħmel dak li qal: 8 Jien se nagħmel li d-dell tax-xemx li niżel fuq it-taraġ* t’Aħaż imur lura għaxar tarġiet.”’” Għalhekk, id-dell li kien diġà niżel mar lura għaxar tarġiet.
9 Kompożizzjoni li ġiet miktuba mir-Re Ħeżekija taʼ Ġuda meta marad u rkupra mill-marda tiegħu.
Se niġi mċaħħad mill-kumplament tas-snin li baqagħli.”
11 Jien għedt: “M’iniex se nara lil Jah,* mhux se nkun fost dawk li huma ħajjin u li jaraw lil Jah.
Mhux se nħares iktar lejn il-bnedmin
Meta nkun maʼ dawk li qegħdin fil-post fejn m’hemmx ħajja.
12 Il-post fejn noqgħod hu bħat-tinda tar-ragħajja
Li żżarmat u nġarret.
Kebbibt ħajti bħalma xi ħadd li jinseġ bin-newl ikebbeb biċċa drapp li tkun lesta;
Hu jaqtagħni bħalma biċċa drapp titneħħa minn man-newl.
Minn filgħodu sa filgħaxija tibqaʼ ġġibni fix-xejn.
13 Jien nipprova nibqaʼ kalm sa filgħodu.
Bħal iljun, hu jibqaʼ jkisser l-għadam tiegħi kollu;
Minn filgħodu sa filgħaxija tibqaʼ ġġibni fix-xejn.
Għajejt nistennieh biex jgħinni u għedt:
‘Ġeħova, jien qed inbati ħafna.
Jekk jogħġbok, għinni.’*
15 X’nistaʼ ngħid?
Hu tkellem miegħi u aġixxa.
Jien se nkun umli sakemm indum ħaj
Minħabba l-inkwiet kbir li kelli.*
Int se tagħtini saħħti lura u żżommni ħaj.
Int tfajt id-dnubiet kollha tiegħi wara dahrek.*
Dawk li jinżlu fil-ħofra ma jistgħux jittamaw fil-lealtà tiegħek.
19 Il-ħajjin biss jistgħu jfaħħruk,
Bħalma jien nistaʼ nagħmel dan illum.
Missier jistaʼ jagħti l-għarfien lit-tfal tiegħu dwar il-lealtà tiegħek.
20 Ġeħova, salvani,
U l-jiem kollha taʼ ħajjitna ndoqqulek l-għanjiet
Bl-istrumenti tal-korda fid-dar tiegħek, Ġeħova.’”
21 Imbagħad Isaija qal: “Ġibu ċappa tin niexef u ppressat u idilkuha fuq il-musmar tiegħu ħalli jfiq.” 22 Ħeżekija kien staqsa: “X’inhu s-sinjal li se nitlaʼ fid-dar taʼ Ġeħova?”