Eżekjel
30 U l-kelma taʼ Ġeħova kompliet tiġi għandi, tgħid: 2 “Bin il-bniedem, ipprofetizza, u għid,+ ‘Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova: “Newħu u għidu, ‘Jaħasra dak il-jum!’+ 3 għax qorob jum, iva, qorob jum li hu taʼ Ġeħova.+ Jum taʼ sħab,+ żmien stabbilit għall-ġudizzju tal-ġnus.+ 4 U jiġi sejf fl-Eġittu,+ u jkun hemm uġigħ kbir fl-Etjopja meta n-nies jaqgħu maqtulin fl-Eġittu u l-għana tiegħu jittieħed u l-pedamenti tiegħu jiġġarrfu.+ 5 L-Etjopja+ u Put+ u Lud u l-kotra mħallta kollha+ u Kub u wlied l-art li huma marbutin b’patt—magħhom jaqgħu bl-istess sejf.”’+
6 “Hekk qal Ġeħova, ‘Dawk li jappoġġaw l-Eġittu jaqgħu wkoll, u l-kburija taʼ saħħtu tinżel.’+
“‘Minn Migdol+ sa Swene+ jaqgħu fih bis-sejf,’ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova. 7 ‘Huma jiġu abbandunati bħall-pajjiżi abbandunati l-oħrajn, u blietu jsiru ħerba bħall-bliet imħarbtin l-oħrajn.+ 8 U se jkollhom ikunu jafu li jien Ġeħova meta nqabbad nar fl-Eġittu u dawk kollha li jgħinuh jitkissru.+ 9 F’dak il-jum joħorġu minn quddiemi messaġġiera fuq il-bastimenti, sabiex lill-Etjopja, li tafda fiha nfisha, iregħduha bil-biżaʼ.+ U jaħkimhom uġigħ kbir f’jum il-kundanna taʼ l-Eġittu, għax, ara, ġej żgur.’+
10 “Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova, ‘Intemm ukoll lill-kotra taʼ l-Eġittu b’id Nebukadressar, is-sultan taʼ Babilonja.+ 11 Hu u n-nies tiegħu miegħu, it-tiranni tal-ġnus,+ qed jinġiebu biex jagħmlu l-pajjiż ħerba. U jisiltu sjufhom kontra l-Eġittu u jimlew il-pajjiż bil-maqtulin.+ 12 U l-kanali tan-Nil+ nagħmilhom art niexfa u nbigħ il-pajjiż biex jiġi f’idejn il-ħżiena,+ u nħarbat l-art u kulma fiha b’id l-istranġieri.+ Jien, Ġeħova, tkellimt.’+
13 “Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova, ‘Neqred ukoll l-idoli moqżieża daqs id-demel+ u nneħħi l-allat bla siwi minn Nof,*+ u ma joħroġx iktar kap ewlieni mill-art taʼ l-Eġittu; u nġib il-biżaʼ fl-art taʼ l-Eġittu.+ 14 U nagħmel ħerba minn Patros+ u nqabbad nar f’Sogħan+ u nwettaq atti taʼ ġudizzju f’No.+ 15 U nferraʼ l-korla tiegħi+ fuq Sin, il-fortizza taʼ l-Eġittu, u neqred il-kotra taʼ No.+ 16 U nqabbad nar fl-Eġittu. Sin bla dubju jaqbadha wġigħ kbir, u lil No jinfduha u jirbħuha; u l-avversarji taʼ Nof jiġu għaliha bi nhar! 17 Iż-żgħażagħ taʼ On+ u Pibeset jaqgħu bis-sejf, u l-bliet imorru fil-jasar. 18 F’Teħafneħes+ il-jum jiddallam, meta nkisser l-istaneg tal-madmad taʼ l-Eġittu.+ U l-kburija taʼ saħħtu tintemm.+ U l-belt titgħatta bis-sħab,+ u l-bliet li jiddependu minnha jmorru fil-jasar.+ 19 U nwettaq atti taʼ ġudizzju fl-Eġittu;+ u se jkollhom ikunu jafu li jien Ġeħova.’”
20 U fis-sena ħdax, fl-ewwel xahar, fis-sebaʼ jum tax-xahar, il-kelma taʼ Ġeħova reġgħet ġiet għandi, tgħid: 21 “Bin il-bniedem, se nikser driegħ+ il-Fargħun, is-sultan taʼ l-Eġittu, u ma jiġix infaxxat biex ifiq u ma jkollux faxxa marbuta madwaru,+ u b’hekk ma jissaħħaħx biżżejjed biex jaqbad is-sejf.”
22 “Għaldaqstant, hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova, ‘Ara, jien kontra l-Fargħun, is-sultan taʼ l-Eġittu,+ u niksirlu dirgħajh,+ dak b’saħħtu u dak miksur,+ u nwaqqagħlu s-sejf minn idu.+ 23 U nferrex lill-Eġizzjani fost il-ġnus u nxerridhom fil-pajjiżi.+ 24 U nsaħħaħ dirgħajn is-sultan taʼ Babilonja+ u nagħtih is-sejf tiegħi f’idu,+ iżda nikser dirgħajn il-Fargħun, u dan jokrob kemm jiflaħ quddiemu bħal wieħed ferut għall-mewt.+ 25 U nsaħħaħ dirgħajn is-sultan taʼ Babilonja, u dirgħajn il-Fargħun jintelqu; u huma se jkollhom ikunu jafu li jien Ġeħova meta nagħti s-sejf tiegħi f’idejn is-sultan taʼ Babilonja u hu jmiddu kontra l-art taʼ l-Eġittu.+ 26 U nferrex lill-Eġizzjani fost il-ġnus+ u nxerridhom fost il-pajjiżi; u se jkollhom ikunu jafu li jien Ġeħova.’”