Għanja taʼ David.
15 Ġeħova, min jistaʼ jkun mistieden fit-tinda tiegħek?
Min jistaʼ jgħix fuq il-muntanja qaddisa tiegħek?
2 Dak li hu bla ħtija,
Li jagħmel dak li hu tajjeb,
U jgħid il-verità f’qalbu.
3 Hu ma jimmalafamax,
Ma jagħmilx ħsara lil ħaddieħor,
U ma jaqlax qlajjaʼ fuq sħabu.
4 Hu ma jagħmilhiex maʼ min hu kattiv,
Imma jonora lil dawk li jirrispettaw ħafna lil Ġeħova.
Hu jżomm kelmtu anki meta ma jkunx jaqbillu.
5 Hu ma jsellifx flus bl-imgħax
U ma jaċċettax tixħim kontra l-innoċenti.
Bniedem bħal dan qatt mhu se jitfixkel.