Salm
Għanja tat-Tlajjaʼ.
2 Int se tiekol dak li ħdimt iebes għalih.
Se tkun ferħan u tgawdi l-ġid.
3 Fid-dar tiegħek, martek se jkollha ħafna tfal
Bħal dielja li jkollha ħafna għeneb;
Int se tkun imdawwar bit-tfal mal-mejda tiegħek
Bħal siġra taż-żebbuġ imdawra bil-friegħi.
4 Hekk se jitbierek dak li jirrispetta ħafna lil* Ġeħova.
5 Ġeħova se jbierkek minn Sijon.
Jalla tara l-ġid taʼ Ġerusalemm tul ħajtek kollha
6 U tara t-tfal tat-tfal.
Jalla jkun hemm il-paċi f’Iżrael.