Salm
Għanja taʼ David, meta hu għamilha taʼ miġnun quddiem Abimelek, u dan keċċieh.
א [Alef]
34 Jien se nfaħħar lil Ġeħova l-ħin kollu;
Mhux se nieqaf infaħħru.
ב [Bet]
ג [Gimel]
3 Agħtu glorja lil Ġeħova flimkien miegħi,
Ejja nfaħħru lil ismu flimkien.
ד [Dalet]
4 Jien tlabt lil Ġeħova u hu wiġibni.
Hu ħelisni minn dak kollu li kien qed ibeżżagħni.
ה [Ħe]
5 Ferħanin ikunu dawk li jafdaw fih,
Huma mhux se jkunu ddiżappuntati.
ז [Żajin]
6 L-umli għajjatlu, u Ġeħova semgħu.
Hu salvah mit-tbatija kollha tiegħu.
ח [Ħet]
ט [Tet]
8 Duqu u araw li Ġeħova hu tajjeb;
Ferħan ikun min idur lejh għall-protezzjoni.
י [Jod]
9 Intom il-qaddisin tiegħu, irrispettaw ħafna lil* Ġeħova,
Għax dawk li jirrispettawh ma jkun jonqoshom xejn.
כ [Kaf]
10 Anki ljuni b’saħħithom ibatu l-ġuħ,
Imma dawk li jfittxu lil Ġeħova mhu se jonqoshom xejn.
ל [Lamed]
11 Tfal tiegħi, ejjew u isimgħuni;
Jien se ngħallimkom x’jiġifieri li tirrispettaw ħafna lil* Ġeħova.
מ [Mem]
ס [Samek]
14 Tbiegħdu minn dak li hu ħażin u agħmlu t-tajjeb;
Fittxu l-paċi u aħdmu għaliha.
ע [Għajn]
15 Ġeħova jżomm għajnejh fuq it-tajbin,
U hu jismagħhom meta jgħajtulu għall-għajnuna.
פ [Pe]
16 Imma Ġeħova jdawwar wiċċu minn dawk li qed jagħmlu l-ħażen,
Biex iħassar kull tifkira tagħhom minn fuq l-art.
צ [Sade]
17 It-tajbin għajtu lil Ġeħova għall-għajnuna, u hu semagħhom;
Hu ħelishom mit-tbatija kollha tagħhom.
ק [Kof]
ר [Rex]
ש [Xin]
20 Hu jipproteġilu l-għadam kollu;
Lanqas waħda minnhom ma tinkiser.
ת [Taw]
21 Il-ħżiena se jiġi diżastru fuqhom u jmutu;
Dawk li jobogħdu lil min hu tajjeb se jiġu kkundannati.