LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w07 3/1 pp. 25-29
  • Gawdi l-Ħajja fil-Biżaʼ taʼ Ġeħova

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Gawdi l-Ħajja fil-Biżaʼ taʼ Ġeħova
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Għala Għandna Nibżgħu minn Alla
  • Kif Tistaʼ Tipprattika l-​Biżaʼ t’Alla
  • Il-​Biżaʼ minn Alla Jġib Barkiet Kbar
  • Wegħdi li Jgħinuna Nissaportu
  • Kun Għaref—Ibżaʼ minn Alla!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • Żviluppa lil Qalbek Biex Tibżaʼ minn Jehovah
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • Nitgħallmu Nsibu Tgawdija fil-Biżaʼ taʼ Jehovah
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1995
  • Ibżaʼ Minn Jehovah u Igglorifika lill-Isem Qaddis Tiegħu
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
w07 3/1 pp. 25-29

Gawdi l-​Ħajja fil-​Biżaʼ taʼ Ġeħova

“Ibżgħu mill-​Mulej, qaddisin tiegħu, xejn ma jonqsu min jibżaʼ minnu.”—SALM 34:10 (34:​9, NW).

1, 2. (a) Il-Kristjaneżmu b’liema modi differenti jħares lejn il-​biżaʼ t’Alla? (b) Liema mistoqsijiet se nikkunsidraw issa?

IL-​MEXXEJJA reliġjużi fil-​Kristjaneżmu li jgħallmu l-​biżaʼ t’Alla ħafna drabi jagħmlu dan fuq il-​bażi taʼ tagħlim mhux Skritturali li lil dawk li jidinbu Alla jikkastigahom għal dejjem fin-​nar taʼ l-​infern. Duttrina bħal din hija kuntrarju għal dak li l-​Bibbja tgħallem dwar Ġeħova bħala li hu Alla taʼ mħabba u ġustizzja. (Ġenesi 3:​19; Dewteronomju 32:4; Rumani 6:​23; 1 Ġwanni 4:8) Ministri oħrajn tal-​Kristjaneżmu jagħmlu l-​oppost. Huma qatt ma jsemmu l-​biżaʼ t’Alla. Minflok, huma jgħallmu li Alla huwa permissiv u li tistaʼ tgħid jaċċetta lil kulħadd, jgħix liema tip taʼ ħajja jgħix. Dan ukoll m’huwiex dak li tgħallem il-​Bibbja.​—Galatin 5:​19-​21.

2 Fil-​fatt, il-​Bibbja tinkuraġġina biex ikollna l-​biżaʼ t’Alla. (Rivelazzjoni 14:7) Din il-​verità tqajjem xi mistoqsijiet. Għala għandu Alla taʼ mħabba jkun iridna nibżgħu minnu? Liema tip taʼ biżaʼ jeħtieġ Alla? X’ġid joħroġ meta nibżgħu minn Alla? Dawn il-​mistoqsijiet se nikkunsidrawhom hekk kif inkomplu d-​diskussjoni tagħna taʼ Salm 34.

Għala Għandna Nibżgħu minn Alla

3. (a) Int kif tħares lejn il-​kmand biex nibżgħu minn Alla? (b) Dawk li jibżgħu minn Ġeħova għala huma ferħanin?

3 Bħala l-​Ħallieq u l-​Ħakkiem Sovran taʼ l-​univers, Ġeħova jistħoqqlu l-​biżaʼ. (1 Pietru 2:​17) Madankollu, biżaʼ bħal dan m’huwiex twerwir estrem minn alla krudili. Huwa biżaʼ riverenzjali minħabba dak li hu Ġeħova. Huwa wkoll biżaʼ li ma nogħġbuhx. Il-​biżaʼ t’Alla huwa nobbli u edifikanti, mhux dipressanti jew taʼ twerwir. Ġeħova, “l-​Alla l-​hieni,” irid li l-​ħolqien uman tiegħu jgawdi l-​ħajja. (1 Timotju 1:​11) Madankollu, biex nagħmlu hekk, irridu ngħixu skond il-​ħtiġijiet t’Alla. Għal ħafna wħud, dan ifisser bidla fil-​mod taʼ ħajja tagħhom. Dawk li jagħmlu din il-​bidla meħtieġa jesperjenzaw kemm hu veru l-​kliem tas-​salmista David: “Ippruvaw u taraw kemm hu tajjeb il-​Mulej; hieni l-​bniedem li jistkenn fih. Ibżgħu mill-​Mulej, qaddisin tiegħu, xejn ma jonqsu min jibżaʼ minnu.” (Salm 34:​9, 10 [34:​8, 9, NW]) Minħabba li għandhom relazzjoni tajba m’Alla, dawk kollha li jibżgħu minn Ġeħova ma jonqoshom xejn taʼ valur dejjiemi.

4. Liema ċertezza taw kemm David u kemm Ġesù?

4 Innota li bħalma kien japplika għal żmienu, David ta d-​dinjità lill-​irġiel li kienu miegħu billi sejħilhom “qaddisin.” Huma kienu parti mill-​ġens qaddis t’Alla. Kienu wkoll qed ipoġġu ħajjithom fil-​periklu biex isegwu lil David. Għalkemm kienu qed jaħarbu mis-​Sultan Sawl, David kien fiduċjuż li Ġeħova kien se jkompli jipprovdilhom il-​bżonnijiet bażiċi tagħhom. David kiteb: “Is-​setgħana jiftaqru u jbatu l-​ġuħ; min ifittex lill-​Mulej xejn ma jkun jonqsu.” (Salm 34:11 [34:​10, NW]) Ġesù aċċerta lis-​segwaċi tiegħu bl-​istess mod.​—Mattew 6:​33.

5. (a) Minn liema sfond kienu ġejjin ħafna mis-​segwaċi taʼ Ġesù? (b) Liema parir ta Ġesù dwar il-​kwistjoni tal-​biżaʼ?

5 Ħafna minn dawk li semgħu minn Ġesù kienu Lhud ġejjin minn klassi baxxa u żvantaġġata. B’hekk, Ġesù “tħassarhom, għax kienu mqaxxrin u mferrxin bħal nagħaġ mingħajr ragħaj.” (Mattew 9:​36) Kienu wħud umli bħal dawn se jkollhom il-​kuraġġ li jsegwu lil Ġesù? Biex jagħmlu hekk, huma kien se jkollhom bżonn jikkultivaw il-​biżaʼ minn Ġeħova, mhux mill-​bniedem. Ġesù qal: “Tibżgħux minn dawk li joqtlu l-​ġisem u mbagħad ma jkunu jistgħu jagħmlu xejn iktar. Imma jien nurikom minn min għandkom tibżgħu: Ibżgħu minn dak li wara li joqtol għandu l-​awtorità li jitfaʼ f’Geħenna. Iva, ngħidilkom, ibżgħu minn Dan. Ma jinbigħux ħames għasafar tal-​bejt għal żewġ muniti taʼ valur żgħir? Madankollu lanqas wieħed minnhom m’hu minsi quddiem Alla. Imma saħansitra x-​xagħar taʼ raskom kollu hu magħdud. Tibżgħux; intom tiswew iktar minn ħafna għasafar tal-​bejt.”​—Luqa 12:​4-7.

6. (a) Liema kliem taʼ Ġesù jsaħħaħ lill-​Kristjani? (b) Ġesù għala hu l-​aqwa eżempju taʼ wieħed li juri l-​biżaʼ t’Alla?

6 Meta dawk li jibżgħu minn Ġeħova jkollhom pressjoni mill-​għedewwa tagħhom biex ma jibqgħux jaqdu lil Alla, huma jistgħu jiftakru fil-​parir taʼ Ġesù: “Kulmin jistqarr quddiem il-​bnedmin li hu miegħi, Bin il-​bniedem ukoll jistqarr li hu miegħu quddiem l-​anġli t’Alla. Imma min jiċħadni quddiem il-​bnedmin jiġi miċħud quddiem l-​anġli t’Alla.” (Luqa 12:​8, 9) Dan il-​kliem saħħaħ lill-​Kristjani, speċjalment f’pajjiżi fejn il-​qima vera hija projbita. Uħud bħal dawn jibqgħu jfaħħru lil Ġeħova b’mod diskret fil-​laqgħat Kristjani u fil-​ministeru pubbliku tagħhom. (Atti 5:​29) Ġesù jpoġġi l-​aħjar eżempju biex jintwera “l-​biżaʼ t’Alla.” (Ebrej 5:​7) Il-​Kelma profetika tkellmet dwaru meta bassret: “Fuqu jistrieħ l-​ispirtu tal-​Mulej, l-​ispirtu tal-​ . . . biżaʼ tal-​Mulej, u l-​għaxqa tiegħu fil-​biżaʼ tal-​Mulej.” (Isaija 11:​2, 3) Għaldaqstant, Ġesù huwa kwalifikat bl-​aħjar mod biex jgħallimna dwar il-​ġid li joħroġ mill-​biżaʼ t’Alla.

7. (a) Il-Kristjani kif fil-​fatt iwieġbu għal stedina simili għal dik li għamel David? (b) Il-​ġenituri kif jistgħu jsegwu l-​eżempju tajjeb taʼ David?

7 Dawk kollha li jsegwu l-​eżempju taʼ Ġesù u li jobdu t-​tagħlim tiegħu fil-​fatt qed iwieġbu għal stedina li tixbah lil dik li għamel David: “Ejjew uliedi, isimgħu lili: jiena l-​biżaʼ tal-​Mulej ngħallimkom.” (Salm 34:12 [34:​11, NW]) Kienet xi ħaġa naturali għal David li jindirizza lill-​irġiel li kellu miegħu bħala ‘wliedu’ għaliex huma kienu jħarsu lejh bħala l-​mexxej tagħhom. Min-​naħa tiegħu, David ta l-​għajnuna spiritwali lis-​segwaċi tiegħu sabiex huma jkunu magħqudin u jgawdu l-​favur t’Alla. X’eżempju mill-​aqwa huwa dan għall-​ġenituri Kristjani! Ġeħova tahom l-​awtorità rigward uliedhom subien u bniet biex ‘jibqgħu jrabbuhom fid-​dixxiplina u l-​gwida mentali taʼ Ġeħova.’ (Efesin 6:4) Permezz taʼ diskussjonijiet spiritwali kuljum u studju regulari tal-​Bibbja maʼ wliedhom, il-​ġenituri jgħinuhom biex igawdu l-​ħajja fil-​biżaʼ taʼ Ġeħova.​—Dewteronomju 6:​6, 7.

Kif Tistaʼ Tipprattika l-​Biżaʼ t’Alla

8, 9. (a) Stil taʼ ħajja fil-​biżaʼ t’Alla għala huwa taʼ min jixtiequ? (b) X’inhu involut f’li nħarsu lsienna?

8 Bħalma ntqal qabel, il-​biżaʼ t’Alla ma jċaħħadniex mill-​ferħ. David staqsa: “Min hu l-​bniedem li jħobb il-​ħajja, u jixtieq jara għomru kollu riżq?” (Salm 34:13 [34:​12, NW]) B’mod ċar, il-​biżaʼ minn Ġeħova huwa fundamentali biex wieħed igawdi ħajja twila u jkollu r-​riżq. Madankollu, huwa faċli li tgħid, “Jien nibżaʼ minn Alla,” iżda li turi dan bil-​fatti huwa ħaġa oħra. Għalhekk, David ikompli jispjega kif aħna nistgħu nuru l-​biżaʼ t’Alla.

9 “Ħares ilsienek mill-​ħażen, u xufftejk minn kliem il-​qerq.” (Salm 34:14 [34:​13, NW]) L-​appostlu Pietru ġie ispirat biex jikteb din il-​parti minn Salm 34 wara li ta parir lill-​Kristjani biex jittrattaw wieħed lill-​ieħor bl-​affezzjoni taʼ l-​aħwa. (1 Pietru 3:​8-​12) Li nħarsu lsienna minn dak li huwa ħażin ifisser li nevitaw li nferrxu seksik li jagħmel il-​ħsara. Minflok, aħna għandna dejjem nistinkaw biex nibnu lil ħaddieħor meta nitkellmu m’oħrajn. Iktar minn hekk, aħna rridu nagħmlu l-​almu tagħna biex inkunu kuraġġużi u ngħidu l-​verità.​—Efesin 4:​25, 29, 31; Ġakbu 5:​16.

10. (a) Spjega xi jfisser li titbiegħed minn dak li hu ħażin. (b) X’hemm involut f’li tagħmel it-​tajjeb?

10 “Tbiegħed mill-​ħażen u agħmel it-​tajjeb, fittex is-​sliem u imxi warajh.” (Salm 34:15 [34:​14, NW]) Aħna nevitaw affarijiet li Alla jikkundanna, bħall-​immoralità sesswali, il-​pornografija, is-​serq, l-​ispiritiżmu, il-​vjolenza, is-​sokor, u l-​abbuż tad-​droga. Aħna wkoll nirrifjutaw divertiment li jinvolvi affarijiet diżgustanti bħal dawn. (Efesin 5:​10-​12) Minflok, aħna nużaw il-​ħin tagħna biex nagħmlu l-​ġid. L-​iktar ħaġa tajba li nistgħu nagħmlu hija li nieħdu sehem regulari fix-​xogħol taʼ l-​ippridkar dwar is-​Saltna u taʼ li nagħmlu dixxipli, u b’hekk ngħinu lil oħrajn jiksbu s-​salvazzjoni. (Mattew 24:14; 28:​19, 20) Li nagħmlu t-​tajjeb jinkludi wkoll li nippreparaw għal-​laqgħat Kristjani u nattenduhom, li nagħtu kontribuzzjonijiet għax-​xogħol taʼ madwar id-​dinja, li nieħdu ħsieb is-​Sala tas-​Saltna, u li nkunu konċernati dwar il-​ħtiġijiet taʼ Kristjani li jkunu fil-​bżonn.

11. (a) David kif ipprattika dak li tgħallem dwar il-​paċi? (b) X’tistaʼ tagħmel biex ‘timxi wara s-​sliem’ fil-​kongregazzjoni?

11 David ħalla eżempju tajjeb bħala bniedem li jfittex il-​paċi. Darbtejn kellu l-​opportunità li joqtol lil Sawl. Fiż-​żewġ okkażjonijiet, hu għażel li ma jirrikorrix għall-​vjolenza u wara tkellem b’rispett dwar is-​sultan, bit-​tama li jerġaʼ jġib il-​paċi. (1 Samwel 24:​8-​11; 26:​17-​20) X’jistaʼ jsir illum meta sitwazzjoni tkun taʼ theddida għall-​paċi tal-​kongregazzjoni? Aħna għandna ‘nfittxu s-​sliem u nimxu warajh.’ Għaldaqstant, jekk naraw li hemm xi tensjoni fir-​relazzjoni tagħna maʼ xi ħadd taʼ l-​istess twemmin, aħna nobdu l-​kmand taʼ Ġesù: “L-​ewwel agħmel paċi maʼ ħuk.” Imbagħad inkomplu għaddejjin bl-​aspetti l-​oħrajn tal-​qima vera.​—Mattew 5:​23, 24; Efesin 4:​26.

Il-​Biżaʼ minn Alla Jġib Barkiet Kbar

12, 13. (a) Bħalissa x’benefiċċji jgawdu dawk li jibżgħu minn Alla? (b) Liema premju kbir se jgawdu dalwaqt l-​aduraturi leali?

12 “Għajnejn il-​Mulej lejn il-​ġusti, u widnejh miftuħa għall-​għajta tagħhom.” (Salm 34:16 [34:​15, NW]) L-​istorja dokumentata dwar kif Alla ttratta maʼ David tagħti prova li dan il-​kliem huwa minnu. Illum, aħna nesperjenzaw ferħ kbir u paċi ġewwinija għaliex nafu li Ġeħova qed jieħu ħsiebna. Aħna fiduċjużi li hu dejjem se jieħu ħsieb il-​bżonnijiet tagħna, anki meta nkunu għaddejjin minn stress kbir. Aħna nafu li dalwaqt l-​aduraturi veri kollha se jiffaċċjaw l-​attakk imbassar taʼ Gog taʼ Magog u “Jum il-​Mulej, kbir u tal-​biżaʼ.” (Ġoel 2:​11; 3:​4 [2:​11, 31, NW]; Eżekjel 38:​14-​18, 21-​23) Kwalunkwe sitwazzjoni li mbagħad ikollna niffaċċjaw, il-​kliem taʼ David se jkun japplika għalina: “Jgħajjtu l-​ġusti għall-​għajnuna, u l-​Mulej jismagħhom; mid-​dwejjaq kollha tagħhom jeħlishom.”​—Salm 34:18 (34:​17, NW).

13 Kemm se jkun eċċitanti dak iż-​żmien meta naraw lil Ġeħova juri kemm hu kbir l-​isem glorjuż tiegħu! Qlubna se jkunu mimlijin bi stagħġib kbir u b’riverenza iktar minn qatt qabel, u l-​opponenti kollha se jaslu għal tmiem umiljanti. “Il-​ħarsa tal-​Mulej fuq il-​ħżiena, biex jeqred minn fuq l-​art tifkirithom.” (Salm 34:17 [34:​16, NW]) Xi premju kbir se jkun li tesperjenza dan il-​ħelsien grandjuż fid-​dinja ġdida u ġusta t’Alla!

Wegħdi li Jgħinuna Nissaportu

14. X’se jgħinna nissaportu minkejja d-​diffikultajiet?

14 Sadanittant, biex inkomplu nobdu lil Ġeħova f’dinja korrotta u ostili hemm bżonn tas-​sabar. Il-​biżaʼ t’Alla huwa għajnuna kbira biex nikkultivaw l-​ubbidjenza. Minħabba ż-​żminijiet kritiċi li qed ngħixu fihom, xi qaddejja taʼ Ġeħova jesperjenzaw tbatijiet kbar, li bħallikieku jaqsmulhom qalbhom u joħonqulhom l-​ispirtu tagħhom. Madankollu, jistgħu jkunu ċerti b’mod assolut li jekk jistrieħu fuq Ġeħova, hu se jgħinhom jissaportu. Il-​kliem taʼ David jagħti faraġ taʼ veru: “Qrib il-​Mulej lejn dawk b’qalbhom maqsuma, jgħin lil dawk b’ruħhom mifnija.” (Salm 34:19 [34:​18, NW]) B’mod inkuraġġanti, David kompla jgħid: “Kbar huma l-​ħsarat tar-​raġel sewwa, iżda minnhom kollha jeħilsu l-​Mulej.” (Salm 34:20 [34:​19, NW]) Minkejja li niltaqgħu maʼ ħafna diffikultajiet, Ġeħova huwa b’saħħtu biżżejjed biex jeħlisna minnhom kollha.

15, 16. (a) B’liema saram sar jaf David ftit wara li kkompona Salm 34? (b) X’se jgħinna nissaportu l-​provi?

15 Ftit wara li kkompona Salm 34, David semaʼ bis-​saram li ġie fuq l-​abitanti taʼ Nob, meta Sawl qatel lin-​nies kollha u lill-​maġġuranza mill-​qassisin. Min jaf kemm ħassu mnikket meta kien jiftakar li kienet iż-​żjara tiegħu f’Nob li qanqlet il-​korla taʼ Sawl! (1 Samwel 22:​13, 18-​21) David bla dubju dar lejn Ġeħova għall-​għajnuna, u żgur li sab faraġ fil-​prospett taʼ l-​irxoxt fil-​futur tan-​nies “sewwa.”​—Atti 24:15.

16 Illum, it-​tama taʼ l-​irxoxt tqawwi lilna wkoll. Aħna nafu li ebda ħaġa li jagħmlulna l-​għedewwa tagħna ma tistaʼ tkun taʼ ħsara dejjiema. (Mattew 10:28) David wera li kien iħossu bl-​istess mod permezz taʼ dan il-​kliem: ‘Iħarislu għadmu kollu [lil min hu sewwa], ebda waħda ma titkissirlu.’ (Salm 34:21 [34:​20, NW]) Dan il-​vers kellu twettiq letterali fil-​każ taʼ Ġesù. Għalkemm Ġesù ngħata l-​mewt b’mod krudili, ebda waħda minn għadmu ma ‘nkisritlu.’ (Ġwanni 19:36) Bi twettiq akbar, Salm 34:21 (34:​20, NW) jaċċertana li minkejja liema provi jiffaċċjaw il-​Kristjani midlukin u sħabhom “in-​nagħaġ oħrajn,” huma qatt ma se jġarrbu ħsara dejjiema. Għadamhom qatt ma se jinkisrilhom, f’sens figurattiv.​—Ġwanni 10:16.

17. Liema ħsara se tiġi fuq dawk li jobogħdu lin-​nies taʼ Ġeħova mingħajr ma jiddispjaċihom?

17 Għall-​ħżiena, is-​sitwazzjoni hija differenti. Dalwaqt se jaħsdu l-​ħażin li żergħu. “Il-​ħażin ħżunitu teqirdu; min jobgħod il-​ġust iħallas għall-​ħtija.” (Salm 34:22 [34:​21, NW]) Dawk kollha li jkomplu jopponu lin-​nies t’Alla jiffaċċjaw l-​akbar ħsara li tistaʼ tiġi fuqhom. Fir-​rivelazzjoni taʼ Ġesù Kristu, huma se “jieħdu l-​kastig ġudizzjarju taʼ qerda għal dejjem.”​—2 Tessalonikin 1:9.

18. Il-​“folla kbira” f’liema sens diġà ġew mifdijin, u x’se jesperjenzaw fil-​futur?

18 Is-​salm taʼ David jagħlaq b’dan il-​kliem li jqawwi l-​qalb: “Jifdi l-​Mulej il-​ħajja tal-​qaddejja tiegħu; kull min jistkenn fih ma jkollux xi jpatti.” (Salm 34:23 [34:​22, NW]) Ftit qabel it-​tmiem tal-​ħakma tiegħu t’40 sena, is-​Sultan David qal: ‘[il-Mulej] ħelisli ’l ħajti minn kull għawġ!’ (1 Slaten 1:​29) Bħal David, dawk li jibżgħu minn Ġeħova malajr se jkunu jistgħu jħarsu lura u jifirħu li jkunu mifdijin minn kull ħtija tad-​dnub u meħlusin mill-​provi tagħhom kollha. Il-​biċċa l-​kbira mill-​Kristjani midlukin diġà rċivew il-​premju tagħhom tas-​sema. Bħalissa, “folla kbira” taʼ nies minn kull ġens qegħdin jingħaqdu mal-​fdal taʼ ħut Kristu fis-​servizz lil Alla u b’riżultat taʼ dan igawdu waqfa nadifa quddiem Ġeħova. Dan huwa minħabba li huma jeżerċitaw fidi fil-​qawwa li tifdi tad-​demm imxerred taʼ Ġesù. Matul ir-​Renju t’Elf Sena taʼ Kristu li ġej dalwaqt, il-​benefiċċji kollha tas-​sagrifiċċju bħala fidwa se jiġu applikati fuqhom, u se jiġu rxoxtati għall-​perfezzjoni umana.​—Rivelazzjoni 7:​9, 14, 17; 21:​3-5.

19. Il-​membri tal-​“folla kbira” x’inhuma determinati li jagħmlu?

19 Dawn il-​barkiet kollha għala se jiġu fuq il-​“folla kbira” t’aduraturi t’Alla? Minħabba li huma determinati li jkomplu jibżgħu minn Ġeħova, jaqduh b’ammirazzjoni taʼ stagħġib u b’ubbidjenza mqanqla minn riverenza profonda. Tabilħaqq, il-​biżaʼ minn Ġeħova jagħmel il-​ħajja iktar pjaċevoli issa u jgħinna ‘naqbdu qabda soda mal-​ħajja vera’—il-​ħajja taʼ dejjem fid-​dinja l-​ġdida t’Alla.​—1 Timotju 6:​12, 18, 19; Rivelazzjoni 15:​3, 4.

X’Tiftakar?

• Għala għandna nibżgħu minn Alla, u xi jfisser li nibżgħu minnu?

• X’effett għandu jkollu l-​biżaʼ t’Alla fuq l-​imġiba tagħna?

• Liema premjijiet jiġu meta jkollna l-​biżaʼ t’Alla?

• Liema wegħdi jgħinuna biex nissaportu?

[Stampa f’paġna 26]

Dawk li jibżgħu minn Ġeħova jkunu diskreti meta xogħolhom ikun projbit

[Stampa f’paġna 28]

L-​akbar ġid li nistgħu nagħmlu lill-​ġirien tagħna huwa li naqsmu magħhom l-​aħbar tajba tas-​Saltna

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja