Salm
Talba taʼ David.
2 Ipproteġili ħajti,* għax jien leali.
Alla tiegħi, salvani għax jien nafda fik.
3 Ġeħova, ħenn għalija,
Għax jien ngħajjatlek għall-għajnuna minn filgħodu sa filgħaxija.
5 Għax int, Ġeħova, tajjeb u lest li taħfer;
Int turi ħafna mħabba u lealtà* maʼ dawk kollha li jgħajtulek għall-għajnuna.
6 Ismaʼ t-talba tiegħi, Ġeħova;
U agħti kasi meta nitolbok bil-ħniena biex tgħinni.
7 Meta nkun qed inbati, lilek ngħajjat għall-għajnuna,
Għax int twiġibni.
8 M’hemmx alla ieħor bħalek, Ġeħova,
U ħadd m’għamel dak li għamilt int.
9 Il-popli kollha li int għamilt
Se jiġu u jmilu quddiemek, Ġeħova,
U huma se jagħtu glorja lil ismek.
10 Għax int kbir u qed tagħmel affarijiet tal-għaġeb;
Int l-uniku Alla.
11 Ġeħova, għallimni dwar it-triq tiegħek,
Ħalli b’hekk nimxi fit-triq it-tajba.
Għinni nirrispetta lil* ismek b’qalbi kollha.
12 Ġeħova Alla tiegħi, jien se nfaħħrek b’qalbi kollha,
U se nigglorifika lil ismek għal dejjem,
13 Għax int turini mħabba u lealtà kbira,
14 Għax nies prużuntużi qamu kontrija;
Grupp taʼ nies bla qalb qed jipprovaw joqtluni,*
U huma ma jinteressahomx minnek.*
16 Agħti kasi u ħenn għalija.
Saħħaħni u salvani,
Għax jien naqdik bħalma għamlet ommi.
17 Ġiegħel lil dawk li jobogħduni jaraw kemm tħobbni,
U umiljahom.
Għax int, Ġeħova, il-wieħed li tgħinni u tfarraġni.