LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Dewteronomju 24
  • Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

Punti mid-Dewteronomju

      • Iż-żwieġ u d-divorzju (1-5)

      • Rispett lejn il-ħajja (6-9)

      • Konsiderazzjoni lejn il-foqra (10-18)

      • Regoli dwar dak li jifdal (19-22)

Dewteronomju 24:1

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    It-Torri tal-Għassa (Studju),

    8/2016, p. 6

    Ġesù—It-triq, p. 222

    It-Torri tal-Għassa,

    11/15/1993, pp. 4-5

    “Segwaċi Tiegħi,” pp. 104-105

Dewteronomju 24:3

Noti taʼ Taħt

  • *

    Jew “iwarrabha.”

Dewteronomju 24:5

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    Referenzi għall-Fuljett, 7/2021, p. 4

Dewteronomju 24:6

Noti taʼ Taħt

  • *

    Jew “jieħu l-ħajja.”

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    It-Torri tal-Għassa,

    6/1/2014, p. 7

    9/15/2004, p. 26

Dewteronomju 24:8

Noti taʼ Taħt

  • *

    Il-kelma Ebrajka tradotta “ġdiem” għandha diversi tifsiriet u tistaʼ tinkludi diversi mard tal-ġilda li jittieħed. Tistaʼ tinkludi wkoll ċerti infezzjonijiet fil-ħwejjeġ u fid-djar.

Dewteronomju 24:14

Noti taʼ Taħt

  • *

    Letteralment “’il ġewwa mill-bibien.”

Dewteronomju 24:17

Noti taʼ Taħt

  • *

    Letteralment “lit-tifel bla missier.”

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    It-Torri tal-Għassa (Studju),

    2/2019, pp. 24-25

Dewteronomju 24:18

Noti taʼ Taħt

  • *

    Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Traduzzjonijiet tal-Istess Silta

Ikklikkja fuq numru taʼ vers biex tara l-istess vers f'Bibbji oħra.
  • Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
  • Aqra f'din l-edizzjoni Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida (bi12)
  • 1
  • 2
  • 3
  • 4
  • 5
  • 6
  • 7
  • 8
  • 9
  • 10
  • 11
  • 12
  • 13
  • 14
  • 15
  • 16
  • 17
  • 18
  • 19
  • 20
  • 21
  • 22
Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
Dewteronomju 24:1-22

Dewteronomju

24 “Jekk raġel jiżżewweġ mara imma ma jkunx iridha iktar għax ikun sar jaf li għamlet ħaġa indiċenti, irid jiktbilha ċertifikat tad-divorzju, jagħtihulha, u jibgħatha ’l barra minn daru. 2 Wara li titlaq minn daru, hi tistaʼ ssir mart raġel ieħor. 3 Jekk it-tieni raġel jobgħodha* u jiktbilha ċertifikat tad-divorzju, jagħtihulha, u jibgħatha ’l barra minn daru, jew jekk it-tieni raġel li żżewwiġha jmut, 4 l-ewwel raġel li bagħatha ma jistax jerġaʼ jiħodha lura bħala martu wara li tkun tniġġset, għax din hi xi ħaġa moqżieża għal Ġeħova. M’għandekx iddaħħal id-dnub fl-art li Ġeħova l-Alla tiegħek qed jagħtik bħala wirt.

5 “Meta raġel ikun għadu kif iżżewweġ, m’għandux jaqdi fl-armata jew jingħata xi xogħol ieħor. Għandu jibqaʼ ħieles minn dan għal sena sħiħa u jibqaʼ d-dar u jferraħ lil martu.

6 “Ħadd m’għandu jieħu mitħna tal-idejn jew il-ġebla taʼ fuq tagħha bħala garanzija taʼ self, għax ikun qed jieħu l-mezz t’għajxien* taʼ dak li jkun bħala garanzija.

7 “Jekk issiru tafu li raġel ħataf lil wieħed minn ħutu l-Iżraelin u ttrattah ħażin u biegħu, dan ir-raġel għandu jmut. Għandek tneħħi dak li hu ħażin minn nofsok.

8 “Meta jkun hemm każ taʼ ġdiem,* ħudu ħsieb li tagħmlu bir-reqqa dak kollu li jgħidulkom il-qassisin Leviti. Oqogħdu attenti li tagħmlu eżatt bħalma kkmandajthom jien. 9 Ftakru f’dak li Ġeħova l-Alla tagħkom għamel lil Mirjam fit-triq meta kontu ħerġin mill-Eġittu.

10 “Jekk tislef xi ħaġa lil xi ħadd, tidħolx f’daru biex tiħodlu dak li jkun offrielek bħala garanzija. 11 Int għandek toqgħod barra, u r-raġel li jkun issellef għandu jġiblek dak li jkun qed jagħti bħala garanzija. 12 U jekk ir-raġel ikun fil-bżonn, m’għandekx tmur torqod u żżomm għandek dak li jkun tak bħala garanzija. 13 Qis li tagħtih lura dak li jkun tak bħala garanzija malli tinżel ix-xemx, u hu jmur jorqod bil-libsa tiegħu, u jbierkek. Ġeħova l-Alla tiegħek se jikkunsidra dan bħala xi ħaġa ġusta.

14 “Timbroljax ħaddiem mikri li jkun fil-bżonn u fqir, sew jekk ikun wieħed minn ħutek u sew jekk ikun resident barrani fil-bliet* tiegħek. 15 Għandek tagħtih il-paga dakinhar stess, qabel ma tinżel ix-xemx, għaliex qiegħed fil-bżonn u ħajtu tiddependi mill-paga tiegħu. Inkella hu jitlob lil Ġeħova u jakkużak, u int tkun ħati taʼ dnub.

16 “Il-missirijiet m’għandhomx jinqatlu minħabba dak li jagħmlu t-tfal tagħhom, u t-tfal m’għandhomx jinqatlu minħabba dak li jagħmlu missirijiethom. Individwu għandu jinqatel biss għad-dnub tiegħu stess.

17 “Iċċaħħadx lir-resident barrani jew lill-orfni* mid-drittijiet tiegħu, u tiħux il-libsa taʼ xi armla bħala garanzija taʼ self. 18 Ftakar li int kont ilsir fl-Eġittu u Ġeħova l-Alla tiegħek fdiek* minn hemmhekk. Għalhekk qed nikkmandak biex tagħmel dan.

19 “Meta taħsad l-għalqa tiegħek u tkun insejt qatta fl-għalqa, tmurx lura għaliha. Għandha titħalla għar-resident barrani, għall-orfni, u għall-armla, sabiex Ġeħova l-Alla tiegħek ibierkek f’kulma tagħmel.

20 “Meta twaqqaʼ ż-żebbuġ mis-siġra tiegħek biex tiġbru, m’għandekx tirrepeti din il-proċedura. Dak li jifdal trid tħallih għar-resident barrani, għall-orfni, u għall-armla.

21 “Meta tiġbor l-għeneb mill-għalqa tad-dwieli tiegħek, tmurx lura biex tiġbor dak li jifdal. Għandek tħallih għar-resident barrani, għall-orfni, u għall-armla. 22 Ftakar li int kont ilsir fl-art tal-Eġittu. Għalhekk qed nikkmandak biex tagħmel dan.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja