Salm
Imma agħti glorja lil ismek
Għax int turi mħabba* u lealtà.
2 Għala l-popli għandhom jgħidu:
“Fejn hu l-Alla tagħhom?”
3 L-Alla tagħna hu fis-sema;
Hu jagħmel dak li jogħġbu.
5 Għandhom ħalq, imma ma jistgħux jitkellmu;
Għandhom għajnejn, imma ma jistgħux jaraw;
6 Għandhom widnejn, imma ma jistgħux jisimgħu;
Għandhom imnieħer, imma ma jistgħux ixommu;
7 Għandhom idejn, imma ma jistgħu jaqbdu xejn;
Għandhom saqajn, imma ma jistgħux jimxu;
Mill-gerżuma tagħhom ma joħroġ l-ebda ħoss.
8 In-nies li jagħmluhom se jsiru bħalhom,
U anki dawk kollha li jafdaw fihom.
9 Iżrael, afda f’Ġeħova.
Hu l-għajnuna u t-tarka tiegħek.
10 Intom li tiġu minn Aron, afdaw f’Ġeħova.
Hu l-għajnuna u t-tarka tagħkom.
11 Intom li tirrispettaw ħafna lil* Ġeħova, afdaw f’Ġeħova.
Hu l-għajnuna u t-tarka tagħkom.
14 Ġeħova se jżid lilkom u lit-tfal* tagħkom.
15 Jalla tiġu mberkin minn Ġeħova,
Dak li Għamel is-sema u l-art.
16 Is-sema hi taʼ Ġeħova,
Imma l-art taha lill-bnedmin.
18 Imma aħna se nfaħħru lil Jah
Issa u għal dejjem.
Faħħru lil Jah!*