Salm
Faħħru lil Ġeħova, intom li qegħdin fis-sema;
Faħħruh, intom li qegħdin fl-għoli.
2 Faħħruh, anġli kollha tiegħu.
Faħħruh, armata kollha tiegħu.
3 Faħħruh, xemx u qamar.
Faħħruh, stilel kollha.
4 Faħħruh, l-ogħla sema* u s-sħab tax-xita.
5 Ħa jfaħħru isem Ġeħova dawn l-affarijiet kollha,
Għax hu ta kmand, u dawn inħolqu.
6 Hu jżommhom f’posthom għal dejjem.
Ħareġ liġi li se tibqaʼ tgħodd.
7 Faħħru lil Ġeħova mill-art,
Intom il-ħlejjaq kbar tal-baħar u l-ilmijiet fondi kollha.
8 Faħħruh, sajjetti u silġ, borra u sħab oħxon,
Riefnu qawwi li tagħmel dak li jgħidlek.
9 Faħħruh, muntanji u għoljiet kollha,
Siġar tal-frott u siġar taċ-ċedri kollha.
11 Faħħruh, rejiet tal-art u popli kollha,
Mexxejja u mħallfin kollha tal-art.
13 Jalla dawn ifaħħru isem Ġeħova,
Għax ismu hu l-aqwa wieħed.
Il-glorja tiegħu hi akbar mis-sema u l-art.
14 Hu se jagħti iktar saħħa lill-poplu* tiegħu,
Se jżid it-tifħir tal-leali kollha tiegħu,
Jiġifieri tat-tfal t’Iżrael, il-poplu qrib tiegħu.
Faħħru lil Jah!*