Mikea
6 Ismaʼ, jekk jogħġbok, O poplu, dak li qed jgħid Ġeħova.+ Qum, ippreżenta l-kawża legali tiegħek quddiem il-muntanji, u jalla l-għoljiet jisimgħu leħnek.+ 2 Isimgħu, O muntanji, il-kawża legali taʼ Ġeħova, kif ukoll int blat dejjiemi, intom sisien taʼ l-art;+ għax Ġeħova għandu kawża legali kontra l-poplu tiegħu, u maʼ Israel se jkollu xi jgħid:+
3 “O poplu tiegħi,+ x’għamiltlek jien? U b’liema mod għejjejtek?+ Ixhed kontrija.+ 4 Għax jien tellajtek mill-art taʼ l-Eġittu,+ u fdejtek minn dar l-ilsiera;+ u bgħatt quddiemek lil Mosè, lil Aron, u lil Mirjam.+ 5 O poplu tiegħi, ftakar,+ jekk jogħġbok, x’kien il-pjan ta Balak,+ is-sultan taʼ Mowab, u x’wieġbu Balgħam,+ bin Begħor. Kien minn Sittim,+ it-triq kollha sa Gilgal,+ sabiex ikunu magħrufin l-atti ġusti taʼ Ġeħova.”+
6 Biex se nersaq+ quddiem Ġeħova? Biex se mmil quddiem Alla li qiegħed fl-għoli?+ Se nersaq quddiemu bl-offerti sħaħ tal-ħruq,+ bl-għoġiela taʼ sena? 7 Jieħu pjaċir Ġeħova bl-eluf taʼ mtaten, bl-għaxriet t’eluf taʼ gliegel taʼ żejt?+ Se nagħti jien għall-irvell tiegħi lil ibni mwieled l-ewwel, il-frott taʼ ġufi għad-dnub taʼ ruħi?+ 8 Hu qallek, O bniedem, x’inhu tajjeb.+ U x’qed jitlob minnek Ġeħova ħlief li tkun ġust+ u li tħobb il-qalb tajba+ u li tkun modest+ fil-mixi tiegħek m’Alla?+
9 Leħen Ġeħova jsejjaħ il-belt,+ u min hu bil-għaqal* jibżaʼ minn ismek.+ Ismaʼ l-ħatar u lil min għażlu,+ O poplu. 10 Għad hemm it-teżori tal-ħażen+ fid-dar taʼ bniedem mill-agħar, u l-kejl imnaqqas t’efa li hu kundannat? 11 Nistaʼ jien inkun safi jekk ikolli miżien ħażin u ħorġa mimlija wżin* qarrieq?+ 12 Għax l-għonja tagħha mtlew bil-vjolenza, u l-abitanti tagħha qalu l-gideb,+ u lsienhom hu qarrieq ġo fommhom.+
13 “U jien ukoll, min-naħa tiegħi, se nidorbok sakemm immardek;+ se ssir ħerba, minħabba dnubietek.+ 14 Int, min-naħa tiegħek, tiekol u ma tixbax, u tibqaʼ bl-istonku tiegħek vojt.+ U twarrab l-affarijiet, imma ma ġġorrhomx b’wiċċ il-ġid; u kulma ġġorr b’wiċċ il-ġid, nagħtih għas-sejf.+ 15 Int tiżraʼ ż-żerriegħa, imma ma taħsadx. Int tisħaq iż-żebbuġ, imma ma tindilikx biż-żejt; tagħsar l-għeneb, imma ma tixrobx inbid.+ 16 U tosserva l-istatuti t’Għomri+ u l-għemejjel kollha taʼ dar Aħab,+ u intom timxu fuq il-pjanijiet tagħhom;+ bl-għan li lilek nagħmlek oġġett taʼ stagħġib u lill-abitanti tagħha xi ħaġa taʼ tisfir;+ u intom titgħabbew bit-tmaqdir tal-popli.”+