Salm
Għanja tat-Tlajjaʼ.
121 Jien inħares lejn il-muntanji
U nistaqsi: Min se jgħinni?
2 Ġeħova hu l-wieħed li jgħinni,
Dak li Għamel is-sema u l-art.
3 Hu qatt mhu se jħallik taqaʼ.*
Dak li jipproteġik mhux se jaqbdu n-ngħas.
4 Dak li jipproteġi lil Iżrael
Mhux se jaqbdu n-ngħas u jorqod.
5 Ġeħova qed jipproteġik.
Ġeħova hu fuq il-lemin tiegħek biex jiddefendik.
7 Ġeħova se jipproteġik minn kull ħsara.
Hu se jipproteġi l-ħajja* tiegħek.