Salm
Lid-direttur. Għanja taʼ David.
140 Ġeħova, salvani min-nies ħżiena;
Ipproteġini minn dawk vjolenti,
2 Dawk li jippjanaw il-ħażen f’qalbhom
U jaqilgħu l-inkwiet il-ġurnata kollha.
3 Ilsienhom hu bħal taʼ serp;
Dak li jgħidu jagħmel ħsara bħal velenu taʼ serp. (Sela)
4 Ġeħova, ipproteġini minn id il-ħżiena;
Iddefendini min-nies vjolenti,
Dawk li jippjanaw biex jagħmluli l-ħsara.
5 Il-kburin ħbewli nasba;
Bil-ħbula huma firxu xibka minn fejn ngħaddi.
Huma qiegħdu nases għalija. (Sela)
6 Jien ngħid lil Ġeħova: “Int l-Alla tiegħi.
Ġeħova, ismagħni meta ngħajjatlek bil-ħniena għall-għajnuna.”
8 Ġeħova, taqtax ix-xewqa tal-ħżiena.
Tħallix il-pjanijiet tagħhom jirnexxu, ħalli ma jitkabbrux. (Sela)
9 Jalla l-affarijiet ħżiena li qalu kontrija dawk taʼ madwari,
Jiġu fuqhom.
10 Jalla tagħmel xita taʼ ġamar jaqbad fuqhom.
Jalla jiġu mitfugħin fin-nar.
Jalla jitwaddbu f’ħofor fondi,* biex ma jerġgħux jitilgħu.
11 Jalla dawk li jimmalafamaw ma jirnexxux.
Jalla n-nies vjolenti jbatu u jinqerdu.
12 Jien naf li Ġeħova se jiddefendi lill-batuti
U jara li ssir ġustizzja mal-foqra.