L-Ewwel taʼ Pietru
1 Pietru,* appostlu+ taʼ Ġesù Kristu, lir-residenti temporanji+ mxerrdin+ fil-Pontu, fil-Galazja, fil-Kappadoċja,+ fl-Asja, u fil-Bitinja, lil dawk li ntgħażlu+ 2 skond l-għarfien minn qabel t’Alla l-Missier,+ imqaddsin permezz taʼ l-ispirtu,+ biex ikunu ubbidjenti u mraxxin+ bid-demm taʼ Ġesù Kristu:+
Jalla jiżdidulkom il-qalb tajba mhix mistħoqqa u l-paċi.+
3 Ikun imbierek Alla u Missier il-Mulej tagħna Ġesù Kristu,+ għax fil-ħniena kbira tiegħu wilidna mill-ġdid+ għal tama ħajja+ permezz taʼ l-irxoxt+ taʼ Ġesù Kristu mill-imwiet, 4 għal wirt li ma jitħassarx u ma jitniġġisx u ma jispiċċax.+ Dan hu merfugħ fis-smewwiet għalikom,+ 5 li qed tiġu mħarsin bil-qawwa t’Alla permezz tal-fidi+ għal salvazzjoni+ li hi lesta biex tiġi rivelata+ fl-aħħar perijodu taʼ żmien.+ 6 B’dan il-fatt qed tithennew ħafna, għalkemm issa, għal ftit żmien, jekk għandu jkun hekk, qed titnikktu b’diversi provi,+ 7 sabiex il-fidi tagħkom li tgħaddi mill-provi+ tkun taʼ kwalità li tiswa ferm iktar mid-deheb li jintemm minkejja li jgħaddi mill-prova tan-nar+ u tkun tistaʼ ġġib tifħir u glorja u unur fir-rivelazzjoni+ taʼ Ġesù Kristu. 8 Għalkemm qatt ma rajtuh, tħobbuh.+ Għalkemm m’intomx tarawh fil-preżent, qed teżerċitaw il-fidi fih u qed tithennew bil-kbir b’ferħ glorifikat li ma jitlissinx, 9 waqt li tirċievu r-riżultat aħħari tal-fidi tagħkom, is-salvazzjoni taʼ ruħkom.+
10 Dwar din is-salvazzjoni sar stħarriġ bil-għaqal u tfittxija bir-reqqa+ mill-profeti li pprofetizzaw+ dwar il-qalb tajba mhix mistħoqqa li kienet għalikom.+ 11 Huma baqgħu jistħarrġu liema żmien partikulari+ jew liema xorta taʼ żmien l-ispirtu+ li kellhom fihom kien qed jindika dwar Kristu+ meta xehed minn qabel dwar it-tbatijiet taʼ Kristu+ u dwar l-affarijiet glorjużi+ li kellhom jiġu wara. 12 Lilhom ġie rivelat li ma kienx għalihom infushom,+ imma għalikom, li kienu qed jaqdu billi jipprovdu l-affarijiet li issa tħabbrulkom+ permezz taʼ dawk li xandrulkom l-aħbar tajba bl-ispirtu qaddis+ mibgħut mis-sema. Dwar dawn l-affarijiet jixtiequ jkunu jafu l-anġli.+
13 Għaldaqstant ħejju lil moħħkom għal attività intensiva,+ ibqgħu f’sensikom għalkollox;+ qiegħdu t-tama tagħkom fil-qalb tajba mhix mistħoqqa+ li se tintwera magħkom fir-rivelazzjoni+ taʼ Ġesù Kristu. 14 Bħal tfal ubbidjenti, tibqgħux magħġunin+ skond ix-xewqat li kellkom qabel fl-injoranza tagħkom, 15 imma, fi qbil mal-Qaddis li sejħilkom, kunu intom ukoll qaddisin fil-kondotta kollha tagħkom,+ 16 għax hu miktub: “Kunu qaddisin, għax jien qaddis.”+
17 Iktar minn hekk, jekk qed issejħu lill-Missier li jiġġudika b’mod imparzjali+ lil kull wieħed skond għemilu, ġibu ruħkom bil-biżaʼ+ matul iż-żmien li qed tgħixu bħala residenti barranin.+ 18 Għax tafu li ma kienx b’affarijiet li jitħassru,+ b’fidda jew deheb, li ġejtu meħlusin+ mit-tip taʼ kondotta fiergħa tagħkom li rċivejtu bit-tradizzjoni mingħand missirijietkom. 19 Imma kien b’demm prezzjuż,+ bħal dak taʼ ħaruf bla difett u bla tebgħa,+ dak taʼ Kristu.+ 20 Veru, hu kien magħruf minn qabel, qabel it-tisjis+ tad-dinja, imma ntwera fi tmiem iż-żminijiet minħabba fikom,+ 21 intom li permezz tiegħu temmnu f’Alla,+ dak li qajmu mill-imwiet+ u tah il-glorja;+ sabiex il-fidi u t-tama tagħkom ikunu f’Alla.+
22 Issa li saffejtu+ ruħkom bl-ubbidjenza tagħkom lejn il-verità, u b’hekk għandkom affezzjoni lejn l-aħwa+ mingħajr ipokrisija, ħobbu lil xulxin mill-qalb bil-ħeġġa kollha.+ 23 Għax intom ma twilidtux mill-ġdid+ permezz taʼ żerriegħa riproduttiva li titħassar,+ imma permezz taʼ żerriegħa+ li ma titħassarx,+ permezz tal-kelma+ taʼ l-Alla l-ħaj li jibqaʼ għal dejjem.+ 24 Għax “il-bnedmin kollha huma bħall-ħaxix, u l-glorja tagħhom kollha bħall-inwar tal-ħaxix;+ il-ħaxix jidbiel, u l-fjura taqaʼ,+ 25 imma l-kelma taʼ Ġeħova tibqaʼ għal dejjem.”+ U din hi l-“kelma,”+ din li xxandritilkom+ bħala aħbar tajba.
2 Għaldaqstant warrbu kull ħażen+ u kull qerq u ipokrisija u għira u kull xorta taʼ tqasqis,+ 2 u, bħal trabi tat-twelid,+ ifformaw xenqa għall-ħalib safi+ tal-kelma, sabiex permezz tiegħu tikbru għas-salvazzjoni,+ 3 jekk doqtu kemm hu qalbu tajba l-Mulej.+
4 Billi tersqu lejh, jiġifieri, lejn ġebla ħajja,+ imwarrba+ tabilħaqq mill-bnedmin,+ imma magħżula u prezzjuża għal Alla,+ 5 intom ukoll bħala ġebel ħaj tinbnew bħala dar spiritwali+ biex tkunu saċerdozju qaddis u toffru sagrifiċċji spiritwali+ aċċettabbli għal Alla permezz taʼ Ġesù Kristu.+ 6 Għax fl-Iskrittura hemm miktub: “Ara! Qed inqiegħed f’Sijon ġebla, magħżula, ġebla tax-xewka tal-pedament, prezzjuża; u żgur li ħadd minn dawk li jeżerċitaw il-fidi fiha ma jkun diżappuntat.”+
7 Għalhekk, għalikom hu prezzjuż, għax intom temmnu; imma għal dawk li ma jemmnux, “l-istess ġebla li twarrbet+ mill-bennejja saret il-ġebla tax-xewka taʼ fuqnett,”+ 8 u “ġebla taʼ tfixkil u blata t’offiża.”+ Dawn qed jitfixklu għax m’humiex jobdu l-kelma. Kien għal dan li nqatgħetilhom.+ 9 Imma intom “razza magħżula, saċerdozju rjali, ġens qaddis,+ poplu miksub bħala proprjetà speċjali,+ sabiex ixxandru maʼ kullimkien il-kwalitajiet eċċellenti”+ taʼ dak li sejħilkom mid-dlam għal ġod-dawl tiegħu taʼ l-għaġeb.+ 10 Għax darba ma kontux poplu, imma issa l-poplu t’Alla;+ kontu dawk li ma ntweritilhomx ħniena, imma issa sirtu dawk li ntweritilhom ħniena.+
11 Maħbubin, bħala barranin u residenti temporanji,+ inħeġġiġkom biex tibqgħu titbiegħdu mix-xewqat tal-laħam,+ għax huma dawn li jitqabdu kontra r-ruħ.+ 12 Żommu kondotta tajba fost il-ġnus,+ sabiex, f’dak li qed jgħidu kontrikom bħala li intom nies ħżiena, minħabba l-għemejjel tajbin tagħkom+ li jaraw b’għajnejhom stess jigglorifikaw lil Alla fil-jum taʼ l-ispezzjoni tiegħu.+
13 Minħabba l-Mulej issottomettu ruħkom+ lejn kull awtorità maħluqa mill-bniedem:+ sew lejn sultan,+ bħala li hu superjuri, 14 u sew lejn gvernaturi, bħala li huma mibgħutin minnu biex jikkastigaw lil min jagħmel il-ħażen u jfaħħru lil min jagħmel it-tajjeb.+ 15 Għax hekk hi r-rieda t’Alla: li, billi tagħmlu t-tajjeb, tagħlqu ħalq in-nies bla raġuni li jitkellmu b’injoranza.+ 16 Kunu bħal nies ħelsin,+ iżda żżommux il-libertà tagħkom bħala għata għall-ħażen,+ imma bħala lsiera t’Alla.+ 17 Onoraw lil kull xorta taʼ bnedmin,+ ħobbu l-fratellanza kollha,+ ibżgħu minn Alla,+ onoraw lis-sultan.+
18 Il-qaddejja fid-djar ħa jkunu sottomessi+ lejn is-sidien tagħhom bil-biżaʼ kollu li hu mistħoqq,+ mhux biss lejn dawk li huma tajbin u raġunevoli, imma wkoll lejn dawk li diffiċli biex togħġobhom. 19 Għax jekk xi ħadd, minħabba l-kuxjenza tiegħu quddiem Alla, jissaporti n-niket u jbati inġustament, din hi ħaġa li togħġob Lilu.+ 20 Għax x’mertu jkollkom jekk, meta tidinbu u tiġu msawtin, tissaportu?+ Imma jekk tissaportu meta tagħmlu t-tajjeb u tbatu,+ din hi ħaġa li togħġob lil Alla.+
21 Fil-fatt, għal dan il-mod taʼ ħajja kontu msejħin, għax saħansitra Kristu sofra għalikom,+ u ħallielkom mudell biex timxu mill-qrib wara l-passi tiegħu.+ 22 Hu m’għamel ebda dnub,+ u ma nstabx qerq f’fommu.+ 23 Meta kien mgħajjar,+ m’għajjarx lura.+ Meta kien qed isofri,+ m’heddidx, imma baqaʼ jafda ruħu f’idejn dak+ li jiġġudika bil-ġustizzja. 24 Hu ġarr dnubietna+ f’ġismu stess fuq iz-zokk,+ sabiex neħilsu mid-dnubiet+ u ngħixu għall-ġustizzja. U “bil-ġrieħi tiegħu ġejtu mfejqin.”+ 25 Għax kontu bħal nagħaġ, mitlufin;+ imma issa ġejtu lura għand ir-ragħaj+ u l-indokratur taʼ ruħkom.
3 Bl-istess mod,+ intom in-nisa, kunu sottomessi+ lejn żwieġkom, sabiex, jekk xi wħud ma jkunux ubbidjenti+ lejn il-kelma, dawn jintrebħu+ mingħajr ebda kelma permezz tal-kondotta tan-nisa tagħhom,+ 2 għax ikunu raw b’għajnejhom stess il-kondotta safja tagħkom+ flimkien mar-rispett profond. 3 U tħallux it-tiżjin tagħkom ikun dak minn barra, l-immaljar tax-xagħar+ u l-ilbis t’ornamenti tad-deheb+ jew taʼ ħwejjeġ, 4 imma ħa jkun dak tal-persuna minn ġewwa,+ fil-qalb, imżejna bi spirtu+ kwiet u ġwejjed li ma jitħassarx+ u li hu taʼ valur kbir f’għajnejn Alla. 5 Għax hekk ukoll qabel kienu jiżżejnu n-nisa qaddisa li kienu jittamaw f’Alla, billi jissottomettu ruħhom lejn żwieġhom, 6 bħalma Sara kienet tobdi lil Abraham u ssejjaħlu “sidi.”+ U intom sirtu wliedha, dment li tibqgħu tagħmlu t-tajjeb u ma tibżgħu minn ebda twerwir.+
7 Bl-istess mod,+ intom l-irġiel miżżewġin komplu għammru man-nisa tagħkom skond l-għarfien,+ billi tonoraw+ lill-mara bħala reċipjent iktar dgħajjef, ladarba intom ukoll werrieta+ magħhom taʼ l-għotja mhix mistħoqqa tal-ħajja, sabiex ma jkunx hemm tfixkil għat-talb tagħkom.+
8 Fl-aħħarnett, intom ilkoll kunu fehma waħda,+ billi tħossu għal xulxin, turu affezzjoni lejn l-aħwa, tagħdru b’tenerezza,+ tkunu umli,+ 9 u tpattux ħsara bi ħsara+ jew tgħajjir b’tgħajjir,+ imma, għall-kuntrarju, bierku,+ għax għal dan kontu msejħin, sabiex tkunu tistgħu tirtu barka.
10 Għax, “min iħobb il-ħajja u jrid jara jiem tajbin,+ ħa jrażżan ilsienu+ mill-ħażen u xofftejh milli jitkellmu l-qerq,+ 11 u ħa jitbiegħed mill-ħażen+ u jagħmel it-tajjeb; ħa jfittex il-paċi u jiġri warajha.+ 12 Għax għajnejn+ Ġeħova huma fuq in-nies sewwa, u widnejh miftuħin għat-talb bil-ħerqa tagħhom;+ imma Ġeħova jdawwar wiċċu lil hinn minn dawk li qed jagħmlu l-ħażen.”+
13 Tabilħaqq, min jistaʼ jagħmlilkom il-ħsara jekk tkunu żelużi għat-tajjeb?+ 14 Imma anki jekk ikollkom issofru minħabba s-sewwa, tkunu henjin.+ Madankollu, tibżgħux minn dak li jibżgħu minnu huma,+ u tinkwetawx.+ 15 Iżda qaddsu lill-Kristu bħala Mulej fi qlubkom,+ u kunu dejjem lesti li tiddefendu ruħkom+ quddiem kulmin ikun irid raġuni għat-tama li għandkom, imma dan agħmluh bil-ħlewwa+ u b’rispett profond.
16 Żommu kuxjenza tajba,+ sabiex, f’dak li qed jgħidu kontrikom, dawk li qed jitkellmu b’disprezz dwar il-kondotta tajba tagħkom fi Kristu+ jistħu.+ 17 Għax ikun aħjar li tbatu għax tagħmlu t-tajjeb,+ jekk din hi r-rieda t’Alla, milli għax tagħmlu l-ħażin.+ 18 Tabilħaqq, saħansitra Kristu miet darba għal dejjem minħabba d-dnubiet,+ bniedem ġust għall-inġusti,+ sabiex imexxikom lejn Alla,+ hu li ngħata l-mewt fil-laħam,+ imma ngħata l-ħajja fl-ispirtu.+ 19 F’dan l-istat mar ukoll jippriedka lill-ispirti fil-ħabs+ 20 li darba kienu diżubbidjenti,+ meta Alla+ qagħad jistenna bil-paċenzja fi żmien Noè, waqt li kienet qed tinbena l-arka,+ li fiha ftit nies, jiġifieri, tmien erwieħ, inġarrew mill-ilma u ġew salvati.+
21 Dik li hi ekwivalenti għal dan issa qed issalva lilkom ukoll,+ jiġifieri, il-magħmudija, (mhux it-tneħħija tal-ħmieġ tal-laħam, imma t-talba lil Alla għal kuxjenza tajba,)+ permezz taʼ l-irxoxt taʼ Ġesù Kristu.+ 22 Hu qiegħed fuq il-leminija t’Alla,+ għax mar fis-sema; u l-anġli+ u l-awtoritajiet u l-qawwiet intgħamlu sottomessi lejh.+
4 Għalhekk, ladarba Kristu sofra fil-laħam,+ intom ukoll armaw lilkom infuskom bl-istess dispożizzjoni mentali;+ għax min sofra fil-laħam ma baqax jidneb,+ 2 bl-għan li l-bqija taʼ ħajtu fil-laħam+ ma jgħixhiex iktar għax-xewqat tal-bnedmin, imma għar-rieda t’Alla.+ 3 Għax iż-żmien+ li għadda kien biżżejjed għalikom biex tagħmlu r-rieda tal-ġnus+ meta wettaqtu għemejjel taʼ kondotta laxka,+ passjonijiet, xorb żejjed taʼ nbid,+ xalar, imħatri min jixrob l-iktar, u idolatriji kontra l-liġi.+ 4 Peress li ma tkomplux tiġru magħhom f’din it-triq lejn l-istess livell baxx taʼ ħajja sfrattata,+ huma jitħawdu u jibdew jgħajrukom.+ 5 Imma dawn in-nies iridu jagħtu kont lil dak+ li hu lest biex jiġġudika lill-ħajjin u lill-mejtin.+ 6 Fil-fatt, kien għalhekk li l-aħbar tajba xxandret ukoll lill-mejtin,+ biex jiġu ġudikati skond il-laħam mill-ħarsa tal-bnedmin+ imma jkunu jistgħu jgħixu skond l-ispirtu+ mill-ħarsa t’Alla.
7 Imma qorob it-tmiem taʼ kollox.+ Għalhekk, kunu moħħkom f’loku,+ u oqogħdu attenti u tittraskurawx it-talb.+ 8 Fuq kollox, ħa jkollkom imħabba profonda lejn xulxin,+ għax l-imħabba tgħatti kotra taʼ dnubiet.+ 9 Uru l-ospitalità maʼ xulxin mingħajr tgergir.+ 10 Bħala prokuraturi mill-aħjar tal-qalb tajba mhix mistħoqqa t’Alla espressa b’diversi modi, aqdu lil xulxin skond l-għotja li rċieva kull wieħed minnkom.+ 11 Jekk xi ħadd jitkellem, ħa jitkellem bħallikieku qed jgħid id-dikjarazzjonijiet sagri+ t’Alla; jekk xi ħadd jaqdi,+ ħa jaqdi bħala wieħed li jiddependi mis-saħħa li jagħti Alla;+ sabiex Alla jiġi glorifikat+ f’kollox permezz taʼ Ġesù Kristu. Tiegħu huma l-glorja+ u s-setgħa għal dejjem taʼ dejjem. Amen.
12 Maħbubin, titħawdux minħabba n-nar li qed jaqbad fostkom u li qed isirilkom bħala prova,+ bħallikieku qed tiġrilkom xi ħaġa stramba. 13 Għall-kuntrarju, ibqgħu thennew+ għax qed tieħdu sehem fis-sofferenzi tal-Kristu,+ sabiex tithennew u tifirħu bil-kbir ukoll matul ir-rivelazzjoni+ tal-glorja tiegħu. 14 Jekk qed jgħajrukom minħabba isem Kristu,+ henjin intom,+ għax l-ispirtu tal-glorja, iva, l-ispirtu t’Alla, qed jistrieħ fuqkom.+
15 Madankollu, ħalli ħadd minnkom ma jsofri+ bħala qattiel jew ħalliel jew raġel ħażin jew wieħed li jindaħal+ fi ħwejjeġ ħaddieħor. 16 Imma jekk isofri+ bħala Kristjan, ħa ma jistħix,+ imma jkompli jigglorifika lil Alla f’dan l-isem. 17 Għax hu ż-żmien stabbilit biex il-ġudizzju jibda mid-dar t’Alla.+ Issa jekk l-ewwel jibda bina,+ x’se jkun it-tmiem għal dawk li ma jobdux l-aħbar tajba t’Alla?+ 18 “U jekk hu diffiċli li l-ġust jiġi salvat,+ fejn se jidher il-bniedem bla devozzjoni lejn Alla, il-midneb?”+ 19 Għalhekk, mela, dawk li qed isofru fi qbil mar-rieda t’Alla ħa jkomplu jirrikkmandaw ruħhom lill-Ħallieq leali waqt li jagħmlu t-tajjeb.+
5 Għalhekk, inħeġġeġ lill-anzjani fostkom, għax jien ukoll anzjan+ bħalhom u xhud+ tat-tbatijiet tal-Kristu u għandi sehem ukoll mill-glorja li trid tiġi rivelata:+ 2 Irgħu+ l-merħla t’Alla+ li hemm fil-ħarsien tagħkom, mhux bilfors, imma minn jeddkom;+ mhux għall-imħabba tal-qligħ diżonest,+ imma bil-ħerqa; 3 u mhux billi tiddominaw+ fuq dawk li huma l-wirt t’Alla,+ imma billi ssiru eżempji għall-merħla.+ 4 U meta jintwera r-ragħaj ewlieni,+ tirċievu l-kuruna tal-glorja+ li ma tidbielx.+
5 Bl-istess mod, intom l-irġiel żgħażagħ, kunu sottomessi+ lejn l-irġiel xjuħ. U lkoll kemm intom tħażżmu bl-umiltà lejn xulxin,+ għax Alla jopponi lis-suppervi, imma juri qalb tajba mhix mistħoqqa maʼ l-umli.+
6 Għalhekk, umiljaw ruħkom taħt l-id setgħana t’Alla, sabiex jeżaltakom fiż-żmien xieraq;+ 7 waqt li titfgħu l-ansjetà+ kollha tagħkom fuqu, għax hu jimpurtah minnkom.+ 8 Ibqgħu f’sensikom, oqogħdu għassa.+ L-avversarju tagħkom, ix-Xitan, iħuf bħal iljun jgħajjat, jipprova jiblaʼ lil xi ħadd.+ 9 Imma intom iqfulu,+ sodi fil-fidi, għax tafu li sofferenzi bħal dawn qed iseħħu fil-fratellanza kollha fid-dinja.+ 10 Imma, wara li tkunu sofrejtu għal ftit,+ l-Alla taʼ kull qalb tajba mhix mistħoqqa, li sejħilkom għall-glorja tiegħu taʼ dejjem+ f’unjoni+ maʼ Kristu, itemm hu stess it-taħriġ tagħkom, jissodakom,+ u jsaħħaħkom.+ 11 Lilu tkun is-setgħa+ għal dejjem. Amen.
12 Permezz taʼ Silvanu,*+ ħu leali, kif inqisu jien, ktibtilkom bi ftit kliem+ biex ninkuraġġikom u nixhed bil-ħeġġa li din hi l-qalb tajba mhix mistħoqqa vera t’Alla; żommu sod fiha.+ 13 Dik li qiegħda f’Babilonja+ u li hi magħżula bħalkom tibgħat isselli għalikom, u jselli għalikom ukoll ibni Marku.+ 14 Agħtu merħba lil xulxin b’bewsa taʼ mħabba.+
Il-paċi magħkom ilkoll li qegħdin f’unjoni maʼ Kristu.+
Bil-Grieg ifisser “Ġebla, biċċa minn blata.”
Jew, “Sila.”