LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • bi12 Ġuda 1-25
  • L-​Ittra taʼ Ġuda

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • L-​Ittra taʼ Ġuda
  • Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
L-​Ittra taʼ Ġuda

L-​Ittra taʼ Ġuda

1 Ġuda,* ilsir taʼ Ġesù Kristu, u ħu Ġakbu,+ lill-​imsejħin+ li huma maħbubin f’relazzjoni m’Alla l-​Missier+ u merfugħin+ għal Ġesù Kristu:

2 Jalla jiżdidulkom+ il-​ħniena+ u l-​paċi+ u l-​imħabba.+

3 Maħbubin,+ għalkemm kont qed nagħmel kull sforz biex niktbilkom dwar is-​salvazzjoni li għandna komuni bejnietna,+ ħassejt il-​bżonn li niktbilkom biex inħeġġiġkom tiġġieldu bl-​aħrax għall-​fidi+ li ngħatat darba għal dejjem lill-​qaddisin.+ 4 Ir-raġuni tiegħi hi li fostna daħlu xi rġiel baxx baxx+ li l-​Iskrittura ilha li qatgħethielhom+ għal dan il-​ġudizzju,+ irġiel mhux devoti,+ li jdawru l-​qalb tajba mhix mistħoqqa t’Alla tagħna fi skuża għall-​kondotta laxka+ u juru li m’humiex leali+ lejn l-​uniku Sid+ u Mulej tagħna,+ Ġesù Kristu.

5 Minkejja li ħadtu għarfien sħiħ darba għal dejjem,+ nixtieq infakkarkom li, wara li salva poplu mill-​art taʼ l-​Eġittu,+ Ġeħova qered lil dawk li ma wrewx fidi.+ 6 U lill-​anġli li ma żammewx il-​pożizzjoni oriġinali tagħhom imma abbandunaw il-​post xieraq fejn kellhom jgħammru,+ hu żammhom marbutin għal dejjem+ fi dlam ċappa għall-​ġudizzju tal-​jum il-​kbir.+ 7 Hekk ukoll Sodoma u Gomorra u l-​bliet taʼ madwarhom,+ wara li bl-​istess mod bħal dawn taʼ qabel taw ruħhom kompletament għaż-​żína u ntelqu għall-​użu mhux naturali tal-​ġisem,+ jitqiegħdu quddiemna bħala eżempju taʼ twissija+ billi ħadu l-​kastig ġudizzjarju tan-​nar taʼ dejjem.+

8 Minkejja dan, dawn l-​irġiel, bl-​istess mod ukoll, peress li jgħixu fil-​ħolm,+ qed iniġġsu l-​laħam u jinjoraw lil min hu fuqhom+ u jmaqdru lill-​glorjużi.+ 9 Imma meta Mikiel+ l-​arkanġlu+ kellu tilwima+ max-​Xitan u kien qed jargumenta miegħu dwar il-​ġisem taʼ Mosè,+ ma ssograx jikkundannah bit-​tgħajjir,+ imma qallu: “Ħa jċanfrek Ġeħova.”+ 10 Iżda dawn l-​irġiel qed imaqdru dak kollu li fil-​fatt ma jafux dwaru;+ imma dak kollu li jifhmu bl-​istint bħall-​annimali li ma jirraġunawx,+ f’dan ikomplu jħassru+ lilhom infushom.

11 Gwaj għalihom, għax marru fit-​triq taʼ Kajjin,+ u ġrew fil-​korsa żbaljata taʼ Balgħam+ għall-​premju, u nqerdu bid-​diskors ribelluż+ taʼ Koraħ!+ 12 Dawn huma l-​blat moħbi taħt l-​ilma fil-​festi+ li tagħmlu bejn l-​aħwa filwaqt li jiffesteġġaw magħkom; rgħajja li jitimgħu lilhom infushom bla biżaʼ;+ sħab bla xita li jinġarr ’l hemm+ u ’l hawn mill-​irjieħ;+ siġar fl-​aħħar tal-​ħarifa, bla frott, li mietu darbtejn, għax tqaċċtu mill-​għeruq;+ 13 imwieġ qliel tal-​baħar li jtellgħu mar-​ragħwa dak li jġibilhom l-​għajb;+ kwiekeb li ma jżommux orbita stabbilita u li għalihom hemm merfugħa għal dejjem is-​swidija tad-​dlam.+

14 Iva, Enok,+ is-​sebaʼ wieħed fil-​linja minn Adam, ukoll ipprofetizza dwarhom, meta qal: “Ara! Ġeħova ġie bil-​mirjadi* mqaddsa tiegħu,+ 15 biex jagħmel ġudizzju minn kulħadd,+ u jikkundanna lil dawk kollha li m’għandhomx devozzjoni lejn Alla għall-​għemejjel bla devozzjoni kollha tagħhom li għamlu mingħajr devozzjoni, u għall-​kliem li jkexkex kollu li ntqal kontrih minn midinbin li m’għandhomx devozzjoni lejh.”+

16 Dawn l-​irġiel dejjem igergru,+ jilmentaw dwar xortihom, jimxu skond ix-​xewqat tagħhom stess,+ u fommhom jgħid kliem li jneffaħ,+ waqt li jammiraw individwi+ għall-​benefiċċju tagħhom stess.

17 Iżda intom, maħbubin, ftakru l-​kliem li ntqal qabel mill-​appostli tal-​Mulej tagħna Ġesù Kristu,+ 18 kif kienu jgħidulkom: “Fl-​aħħar żmien ikun hemm nies li jwaqqgħu kollox għaċ-​ċajt u li jimxu skond ix-​xewqat tagħhom stess wara affarijiet bla devozzjoni lejn Alla.”+ 19 Dawn huma nies li jġibu firdiet,+ għandhom mill-​annimali,+ u m’għandhomx spiritwalità.+ 20 Imma intom, maħbubin, billi tinbnew+ fuq il-​fidi l-​iktar qaddisa tagħkom+ u titolbu bl-​ispirtu qaddis,+ 21 żommu ruħkom fl-​imħabba t’Alla,+ waqt li qed tistennew il-​ħniena+ tal-​Mulej tagħna Ġesù Kristu bil-​ħajja taʼ dejjem quddiem għajnejkom.+ 22 Ukoll, komplu uru ħniena+ maʼ wħud li għandhom id-​dubji;+ 23 salvawhom+ billi taħtfuhom minn ġon-​nar.+ Imma komplu uru ħniena m’oħrajn, u agħmlu dan bil-​biżaʼ, waqt li tobogħdu saħansitra l-​libsa li ttebbgħet mil-​laħam.+

24 Issa lil dak li jistaʼ jħariskom+ milli titfixklu u jagħmilkom bla difett+ fid-​dehra tal-​glorja tiegħu b’ferħ kbir, 25 lill-uniku Alla Salvatur+ tagħna permezz taʼ Ġesù Kristu,+ il-​Mulej tagħna, ikunu l-​glorja,+ il-​maestà, is-​setgħa,+ u l-​awtorità+ għall-​eternità kollha li għaddiet+ u issa u għall-​eternità kollha.+ Amen.+

Ifisser “Imfaħħar.”

Jew, “bl-​għaxriet t’eluf.”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja