LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • bi12 3 Ġwanni 1-14
  • It-​Tielet taʼ Ġwanni

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • It-​Tielet taʼ Ġwanni
  • Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
It-​Tielet taʼ Ġwanni

It-​Tielet taʼ Ġwanni

1 L-anzjan+ lil Gaju, il-​maħbub, li tassew inħobb.+

2 Maħbub,+ nitlob li f’kollox ikollok suċċess+ u tkun f’saħħtek,+ bħalma ruħek qed ikollha suċċess.+ 3 Għax jien thennejt ferm meta ġew xi aħwa u xehdu dwar il-​verità li tħaddan, eżatt bħalma qed tkompli miexi fil-​verità.+ 4 M’għandix raġuni akbar minn din biex irrodd ħajr, li nismaʼ li wliedi jkomplu mexjin fil-​verità.+

5 Maħbub, qed turi fedeltà f’kulma tagħmel għall-​aħwa,+ li huma stranġieri għalik wara kollox.+ 6 Dawn l-​aħwa xehdu dwar imħabbtek quddiem il-​kongregazzjoni. Jekk jogħġbok, lil dawn ibgħathom fi triqithom kif inhu xieraq f’għajnejn Alla.+ 7 Għax kien minħabba ismu li marru, u ma ħadu xejn+ mingħand in-​nies tal-​ġnus. 8 Għalhekk, aħna għandna l-​obbligu li nilqgħu lil nies bħal dawn bl-​ospitalità,+ biex insiru ħaddiema sħabhom fil-​verità.+

9 Ktibt xi ħaġa lill-​kongregazzjoni, imma Dijotrefe, li jħobb ikollu l-​pożizzjoni ewlenija+ fosthom, ma jilqaʼ xejn+ mingħandna bir-​rispett.+ 10 Huwa għalhekk li, jekk niġi, infakkar l-​għemil tiegħu li qed ikompli jwettaq+ u l-​kliem mill-​agħar li qed ipaċpaċ fuqna.+ Ukoll, peress li mhux kuntent b’dan, lanqas lill-​aħwa+ ma jilqaʼ bir-​rispett, u lil dawk li jkunu jridu jilqgħuhom,+ jipprova jfixkilhom+ u jkeċċihom+ mill-​kongregazzjoni.

11 Maħbub, timitax dak li hu ħażin, imma dak li hu tajjeb.+ Min jagħmel it-​tajjeb joriġina minn Alla.+ Min jagħmel il-​ħażen ma rahx lil Alla.+ 12 Demetriju ngħata xiehda minnhom ilkoll+ u mill-​verità nfisha. Fil-​fatt, aħna wkoll qed nixhdu,+ u int taf li x-​xiehda li nagħtu hi minnha.+

13 Kelli ħafna x’niktiblek, iżda ma nixtieqx inkompli niktiblek bil-​linka u l-​pinna.+ 14 Imma qed nittama li ma ndumx ma narak, u nitkellmu wiċċ imbwiċċ.+

Jalla jkollok il-​paċi.+

Il-ħbieb jibagħtu jsellu għalik.+ Sellili+ għall-​ħbieb b’isimhom.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja